Partit Nazzjonalista
ESKLUSSIVA: Pierre Portelli jiftħilha dwar l-attakki interni fil-PN

Pierre Portelli rriżenja minn Chairman Eżekuttiv ta’ Media.Link Communications, il-midja tal-Partit Nazzjonalista. Fl-ittra tar-riżenja, li ppubblika wara l-laqgħa tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ltaqa’ lbieraħ, huwa sostna li l-ħidma tiegħu ma tistax iġġib aktar bidliet minħabba l-attakki kostanti u koordinati fuq il-Partit u fuq il-midja tiegħu liema attakki kienu diretti minn uħud mill-Membri Parlamentari Nazzjonalisti. Huwa qal li wħud minnhom saħansitra sostnew u għenu attività kriminali minn terzi persuni bil-għan ikun dak biss li jwarrbu lil Adrian Delia minn postu.

Ara l-kummenti li Pierre Portelli ta’ kmieni dalgħodu barra l-bini tad-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà ftit wara l-laqgħa tal-eżekuttiv tal-PN.

Ara wkoll:

Jirriżenja Pierre Portelli minn Chairman tal-media tal-PN

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-għada li l-Awtorità tal-Ippjanar wettqet azzjoni ta’ infurzar fuq fl-istallel fil-Marsa fejn kienu qed joqogħdu għexieren ta’ immigranti, is-sidien tagħhom jidher li żbarazzaw l-istallel. Sadanittant, TVM huwa infurmat li 37…

Lokali

Il-Mużew tal-Katidral fl-Imdina ngħata dimensjoni ġdida għax mhux ser jibqa’ biss post fejn ikunu esebiti artifatti prezzjużi iżda ser joffri opportunità ta’ tagħlim u post fejn artisti privati jesebixxu l-arti…

Ikel

Fl-Awstralja, l-ekoloġisti qed iwissu li n-numru ta’ kangaroos fis-selvaġġ m’għadux sostenibbli u qed iħeġġu lill-Awstraljani biex jieklu aktar laħam ta’ dan l-annimal li hu simbolu nazzjonali ta’ dan il-pajjiż imbiegħed….

Kultura

Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol ta’ restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt fejn qed isir restawr fuq is-soqfa tal-kurituri u li huma mogħnija bil-pitturi. Ix-xogħlijiet ta’ restawr ser jiffukaw ukoll fuq l-art…

Aktar