Kronaka
AĠĠORNAT (1) : Qtil f’Ħal Far – persuna maqtula u tnejn oħra feruti b’tiri ta’ arma tan-nar

F’aħbar li qed tiżviluppa fl-aħħar ħinijiet, TVM jinsab infurmat li tard il-bieraħ filgħaxija, persuna barranija instabet maqtula b’tiri ta’ arma tan-nar f’għelieqi mwarbin fl-akwati ta’ Ħal Far.

TVM huwa infurmat li persuna mhux magħrufa fetħet in-nar fuq grupp ta’ persuni. Filwaqt li persuna inqatlet, żewġ persuni oħra intlaqtu wkoll bit-tiri u jinsabu rikoverati fl-Isptar Mater Dei.

Fi stqarrija, il-Pulizija kkonfermat din l-aħbar ta’ TVM u qalet li għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħaxija il-Pulizija ġiet infurmata minn raġel li kienu ġew sparati xi tiri fi Triq tal-Ġebel, f’Birżebbuġa u li dan l-istess raġel safa milqut. Il-Pulizija marru mal-ewwel fuq il-post fejn hemmhekk ġie kkonfermat ir-rapport.

Fuq il-post, il-Pulizija nnutat raġel li għadu mhux identifikat imma li x’aktarx huwa ta’ nazzjonalità barranija, li deher li kellu xi ġrieħi u għalhekk issejħea ambulanza sabiex jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Sakemm il-Pulizija kienet għadha fuq il-post, irċiviet informazzjoni li fl-istess triq, hemm iżjed persuni feruti.

Il-Pulizija sabet raġel ieħor li wkoll kellu xi ġrieħi, u għaldaqstant reġgħet ġiet imsejħa ambulanza oħra sabiex jittieħed l-Isptar Mater Dei
għall-kura. Dan tal-aħħar ġie identifikat li għandu 45 sena u huwa mill-Georgia.

Waqt li l-Pulizija bdiet tkellem lil dawn il-persuni, ġie nnutat li fl-istess triq kien hemm raġel ieħor, ukoll x’aktarx ta’ nazzjonalità barranija u li sa issa għadu mhux identifikat, li kien mixħut mal-art b’ħafna dmija madwaru. Huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-istħarriġ sabiex tiġi stabbilità d-dinamika tal-każ, li qed jiġi ttrattat bħala omiċidju.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mart il-Prim Ministru, Lydia Abela, qalet li bħala omm qed tuża dan iż-żmien fid-dar biex iktar minn qatt qabel tibni r-relazzjoni ma’ bintha Giorgia. F’messaġġ imxandar fuq il-midja soċjali, Dr…

COVID-19

S’issa hu magħruf li minn tal-anqas żewġ Maltin li jgħixu barra l-pajjiż mietu kawża tal-Coronavirus.  John Grima, artist ta’ 88 sena, miet fil-Kanada fejn emigra f’żgħożitu. It-tieni Maltija li mietet…

COVID-19

Erbat ijiem qabel il-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Byron Camilleri, qal li l-Korp tal-Pulizija huwa mgħammar biżżejjed biex iħarrek lill-kaċċaturi li jinstabu li qegħdin jiksru l-liġi. Mill-banda…

Lokali

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar tliet delitti li twettqu fl-aħħar disa’ snin, b’metodi li jixbħu ħafna lil xulxin, huma prattikament magħluqa. Il-Pulizija identifikat is-suspettati iżda dawn għadhom mhumiex f’idejn il-Pulizija għax ħarbu…

Aktar