Lokali
ESKLUSSIVA: X’ġara meta Ira Losco kantat qabel Elton John u episodji umoristiċi fuq il-palk

Ira Losco, kant-awtriċi, bi 15-il sena karriera. Bdiet tkanta ma’ band meta kienet adoloxxenti, ħadet spinta meta spiċċat it-tieni fil-Eurovision Song Contest fl-2002, u evolviet b’ġeneri mużikali differenti.

Minbarra l-esperjenzi fil-Eurovision fl-2002 u l-2016, fost l-iktar mumenti li tgħożż kienu meta kantat fl-Isle of MTV fuq il-Fosos kif ukoll meta fetħet kunċert bis-sehem ta’ artisti kbar fil-Ġermanja fosthom Elton John.

Għalkemm Ira tidher dejjem perfetta fil-wirjiet tagħha fuq il-palk, hija rrakkuntat xi episodji umoristiċi li ġrawlha tul il-karriera.  “Kemm-il darba ninsa l-lirika tal-kanzunetti minkejja li jkolli t-telepropter quddiemi u wkoll inħawwadhom. Naqa’ fuq il-palk… waqajt xi 4 darba – thank god mhux gravi – tort taż-żarbun u spiċċajt inneħħi ż-żarbun u naqbeż ħafja.”

Il-kantanta qed tiċċelebra l-15-il sena fil-karriera taghha bil-ħruġ tas-7 album – No Sinner No Saint – li huwa double album.  “Il-kanzunetti huma stili differenti imma jappartjenu lill-pop għax jiena artista pop. Però hemm ħsejjes differenti – naqra rock, lura lejn l-oriġini tiegħi, ‘l quddiem u avant garde. Huwa varjat ħafna bħalma kien Fire imma dan iktar varjat għax hemm 24 track.”

Fit-tnedija tal-album, Howard Keith, manager ta’ Ira, qal li No Sinner No Saint diġà tela’ fl-ewwel post tal-itunes.

Ara hawnhekk l-intervista sħiħa ma’ Ira Losco.

Ira Losco – Intervista esklussiva

Ira Losco exclusive inteview with Norma M Saliba about her 7th album launch #Nosinnernosaint celebrating her 15 years' musical career… Watch Ira Losco revealing her funny moments on stage and career highlights to Television Malta … For more info go to iralosco.comHoward Keith Debono Jagged House Ira Losco Ira Losco Ira Losco

Geplaatst door Television Malta op Donderdag 21 juni 2018

Aħbarijiet Oħra
Sport

Supporters tat-timijiet ta’ Newcastle United, Aston Villa, u West Ham United għandhom okkażjoni unika biex jiltaqgħu ma’ Nolberto Solano, imwieled il-Perù magħruf ukoll bħala Nobby Solano. F’Malta, hu se jagħmel taħdita…

Politika Lokali

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li mill-konklużjonijiet tal-inkjesta tal-Maġistrat Aaron Bugeja dwar il-kumpanija Egrant l-aktar ħaġa xokkanti hi kif xi ħadd b’mod deliberat u ppjanat iffalsifika dokumenti bil-għan li jagħmel…

Politika Lokali

F’ittra lill-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani, il-Membru Parlamentari Ewropew, Miriam Dalli qalet li l-pożizzjoni ta’ Simon Busuttil m’għadhiex tenibbli wara r-riżultati tal-inkjesta fil-każ ta’ Egrant. Hija qalet li, il-pożizzjoni ta’…

Lokali

Occupy Justice u Awturi qalu li jinsabu tassew iddispjaċuti jaraw l-alleanza politika bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni tikkonsolida ruħha biex tinħeba l-verità u titbiegħed il-ġustizzja. Fi stqarrija, qalu li hu dmir…

Aktar