Storja
Espert jaħseb li dawn setgħu kienu fuq xwieni jew f’qorti tal-Imperu Ottoman

Dokumenti b’lingwa semitika antika li nstabu fl-Arkivji Notarili jixħtu dawl fuq l-attività fil-Mediterran f’tarf is-seklu 18 u t-taqlib li kienu għaddejjin minnu l-Kavallieri f’Malta u l-Imperu Ottoman. Espert fil-qasam tal-lingwi semitiċi antiki jaħseb li d-dokumenti setgħu kienu fuq xwieni jew f’qorti tal-Imperu Ottoman.

Qalb 600 sena ta’ kuntratti u testmenti, fl-Arkivji Notarili dan l-aħħar instabu dokumenti u korrispondenza tal-Ottomani li kienu nqabdu minn furbani Maltin abbord bastimenti tal-qawwiet navali Ottomani. Id-dokumenti huma tas-seklu 18. Dawn ivarjaw minn irċevuti, passaporti, kif ukoll lascia passare – forma ta’ visa – li permezz tagħha l-bastimenti kien jingħataw l-awtorizzazzjoni mis-Slaten Ottomani biex ibaħħru fl-ibħra tagħhom.

L-interpretazzjoni tad-dokumenti qed jagħmilha Thomas Scheben (‘Xjiben), espert Ġermaniż fil-lingwi semitiċi antiki.

“They give insights of every day dealing of merchandising and commercial activities. They show something about the relations. If you get to places to documents where you have payment registers you know about fees, prices and cruise.”

Dr Scheben qal li dawn id-dokumenti jitfgħu dawl fuq l-istorja taż-żewġ naħat. Dokument partikulari jmur lura għall-aħħar tliet snin tal-Kavallieri f’Malta, perjodu li fih anki l-Imperu Ottoman kien għaddej minn taqlib kbir.

“This is reflected in one very unrelated and accidental document which relates to military payments and where units are mentioned that belong to the attempt to the first attempt to reform the ottoman military system under sultan.”

Fl-aħħar xhur, saru diversi sejbiet interessanti fl-Arkivji Notarili li jitfgħu dawl fuq l-istorja ta’ Malta u l-Ewropa. L-arkivji li jinsabu fi proprjetà fil-Belt bħalissa qed jiġu organizzati f’ambjent li jixraq għall-wirt li jilqgħu, fi proġett li mistenni jiswa 5 miljun Ewro. Barra minn hekk, l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern ħareġ sejħa biex jagħti opportunità lil żewġ studenti jsewgu kors fil-paleografija ta’ lingwi medjevali. Dan għandu jgħin fl-interpretazzjoni ta’ dokumenti u manuskritti miktuba b’latin antik. Is-sejħa tagħlaq fi tmiem Ġunju.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Malta ħadet isem fit-taħriġ ta’ professjonisti fil-liġi marittima internazzjonali permezz ta’ istitut li jopera mill-Universitaà taħt l-awspiċi tal-Organizazzjoni Marittima Internazzjonali, l-IMO, li hi waħda mill-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Magħquda. Fi tletin…

Lokali

Għandha l-għeruq fl-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u hi mnebbħa mill-valuri Kattoliċi fosthom li tkun ta’ servizz għall-oħrajn. Il-missjoni tagħha hi li ssalva l-ħajjiet tan-nies billi tkun minn tal-ewwel biex…

Lokali

Residenti li spiċċaw b’parti mid-dar tagħhom imwaqqa’ fi G’Mangia, qalu li TVM li saħansitra spiċċaw jorqdu barra minħabba l-biża’ li xi ħadd seta’ jispiċċaw jidħol u jisraqilhom oġġetti ta’ valur…

Aktar