Barranin
Espert jgħid li l-Pulizija akkużat bil-qtil ta’ Floyd ma kienx imħarreġ sew

Uffiċjal tal-pulizija xehed kif l-ex uffiċjali tal-pulizija Derek Chauvin ma kienx imħarreġ biex jagħmel użu minn irkopptu fuq għonq George Floyd waqt l-arrest tiegħu.

L-espert qal li Chauvin kellu wkoll iċċaqlaq lill Floyd f’pożizzjoni oħra.

Chauvin li għandu 45 sena kien iffilmjat b’irkopptejh fuq Floyd għal iżjed minn disa’ minuti waqt l-arrest ta’ Floyd f’Mejju li għadda. Il-filmati ta’ Chauvin li hu abjad qanqlu protesti globali madwar id-dinja kontra r-rażżizmu.

Il-ġuri mistenni jdum mill-inqas xahar bil-każ jitqies bħala kruċjali biex jiddetermina kif is-sistema legali Amerikana se tittratta każi simili fil-futur minħabba li każi li jikkonċernaw prosekuzzjoni kontra uffiċjali tal-pulizija huma rari.