Cryptocurrency
Espert Malti fil-bitcoin jemmen li l-flus kif nafuhom se jispiċċaw

Malta għandha tliet liġijiet li jirregolaw l-industrija l-ġdida relatata mal-block chain u l-muniti diġitali. Esperti f’dal-qasam jemmnu li s-setturi se jkunu l-mod kif isir in-negozju fil-futur.

Mark Bugeja hu espert fl-oqsma tal-cryptocurrency u l-bitcoin u jemmen li l-muniti diġitali huma l-futur tal-industriji bankarji. Jemmen li l-impatt tagħhom se jkun saħansitra akbar mill-internet.

“Sa ħames u għaxar snin oħra, il-flus u l-muniti kif nafuhom illum, dawn naħseb se jispiċċaw, u dan kollu ġara minħabba l-mobiles tagħna. Il-mobile qed ibiddel id-dinja tagħna, qabel kellna l-kompjuter id-dar jew laptop, u issa l-użu tagħhom, jien nara anki mill-ħbieb tiegħi, illum nofs l-affarijiet tagħmilhom fuq il-mobile,” qal Mark Bugeja, li huwa konsulent fil-blockchain.

Is-Sur Bugeja qal li Malta għandha vantaġġ minħabba li fl-2018 kkonsolidat ir-reputazzjoni internazzjonali tagħha fil-qasam tal-Blockchain bi tliet liġijiet li fasslu l-qafas regolatorju għall-cryptocurrencies, il-blockchain u teknoloġiji oħrajn li qed jintużaw fl-industriji tal-ekonomija l-ġodda. Qal li Malta mistennija tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha bħala pijuniera fl-industrija tal-blockchain billi tintroduċi iżjed regolamenti din is-sena.

Waqt li qal li l-qalba lejn l-ekonomiji crypto tirrikjedi li jingħelbu sfidi teknoloġiċi, sostna li diġa saru passi sinifikanti lejn sistemi b’aktar sigurta’ f’dan il-qasam.

“Il-bitcoin bażikament hija sistema tas-software li hija diġitali, u biex tifhimni, xi ħaġa sempliċi din ma tkunx fuq server wieħed, imma tkun mifruxa ma’ servers anki mad-dinja kollha, allura kull biċċa informazzjoni flok tkun fuq server wieħed u xi ħadd jista’ jattakka d-data u jieħu l-informazzjoni jew id-data minnha, il-blockchain hija sistema li tinfirex u l-informazzjoni tkun mifruxa fuq mitt kompjuter, u tkun diffiċli ħafna biex tiħħekjaha.”

Il-Ħamis li ġej, Mark Bugeja se jindirizza taħdita ma’ esperti oħra, f’Palazzo La Salle il-Belt, dwar l-implikazzjonijiet tal-blockchain u l-cryptocurrency fl-ekonomija Maltija.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Kompliet llum fil-Qorti il-kumpilazzjoni fil-qtil ta’ Maria-Lourdes u Angele Bonnici li allegatament inqatlu mill-iben/ħu l-vittmi – Joseph Bonnici. Fil-Qorti ta x-xhieda tiegħu l-missier tal-familja Bonnici, Paul li qed jiskonta sentenza…

Lokali

Fuq il-paġna tiegħu, Bjorn Formosa, is-simbolu Malti li jirrappreżenta l-pazjenti li jbatu mill-ALS, qal li ddaħħal b’urġenza l-isptar. Jidher li Bjorn ma kienx qed jieħu nifs sew iżda minkejja dan…

Knisja Maltija

Nhar is-Sibt li ġej 4 djakni djoċesani se jiġu ordnati saċerdoti.  L-ordinazzjoni presbiterali se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt fid-9.30am. L-4 saċerdoti ġodda huma Peter Ellul mill-Parroċċa ta’ San Pawl…

Lokali

Illum, il-President ta’ Malta George Vella jagħlaq 77 sena u qed iqatta’ għeluq sninu flimkien mal-atleti tal-basketball b’abbiltajiet imħallta. L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta, il-Malta Basketball Association, Malta Wheelchair Basketball, Aġenzija…

Aktar