Saħħa
Espert qed jevalwa lmenti ta’ Maltin dwar il-mediċina ġenerika għall-ADHD

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne, qal li d-Dipartiment tas-Saħħa ingaġġa espert barranin sabiex jeżamina numru ta’ pazjenti bil-kundizzjoni ADHD, li qed jilmentaw mill-effetti tal-mediċina ġenerika li qed jingħataw minflok il-mediċina oriġinali Concerta.

L-ADHD, Attention Deficit Hyperactivity Disorder hija kundizzjoni li taffettwa l-partijiet tal-moħħ li jikkontrollaw l-attenzjoni, l-imġieba u l-konċentrazzjoni.

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Psikjatrija qalet li l-mediċina ġenerika għall-ADHD qed tħalli effetti fuq it-tfal u l-adulti. Qalet li għalkemm fil-laboratorju l-effett tal-mediċina oriġinali u dik ġenerika jidhru l-istess, fil-prattika jħallu effetti differenti fuq il-pazjenti.

Il-psikjatra tat-tfal Nigel Camilleri qal li l-mediċina ġenerika jew ma kinetx qed tħalli effett fuq it-tfal, jew il-ħin taħt l-effett qed ikun qasir wisq u qed titħarbat ir-rutina tal-irqad tat-tfal.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru ts-Saħħa Chris Fearne ikkonferma li l-Gvern waslulu dawn l-ilmenti.

“Fil-każ tal-Concerta kien hemm dawk ir-rapporti minn xi pazjenti. Filfatt bħala dipartiment aħna ngaġġajna espert barrani biex jagħtina parir fuq dan, li qed jara numru ta’ pazjenti Maltin biex jara eżatt x’inhi l-problema li għandhom huma, għax filfatt f’pajjiżi oħrajn ma kinx hemm l-istess rapporti. Pero aħna se noqgħodu fuq il-pariri li jagħtina dan l-espert, u jekk l-espert jagħtina l-parir li nerġgħu immorru għall-Concerta iridu nagħmlu każ mal-Procurement Authority biex nagħmluh.”

Dr Fearne tkellem ukoll dwar l-isptar Monte Carmeli. Ara hawn:

ARA: Id-Deputat PM iwieġeb dwar il-problemi strutturali f’Monte Carmeli

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Fis-Siġġiewi, instabu 8 żoni fejn kien qed isir l-insib illegalment. Dan qalitu l-CABS fi stqarrija u saħqet li dawn ix-xbieki li jitpoġġew taħt l-ilma kienu qed jintużaw għall-insib tal-Pispisella, iċ-Ċewċewwa…

Ambjent

Wara li lbieraħ Infrastructure Malta qalgħet siġar mejta fit-Telgħa tas-Saqqajja biex tagħmel il-wisa’ għal siġar ġodda, illum beda x-xogħol ta’ tħawwil. Dalgħodu TVM żar il-post u seta’ josserva l-kumplament tat-tneħħija…

Pulizija

Għall-ewwel darba sal-aħħar ta’ din is-sena, il-Korp tal-pulizija ser ikollu flotta ta’ vetturi ġodda fid-distretti. Il-Korp, illum inawgura ħamsin vettura ġdida u sitt segways li se jintużaw l-aktar fiż-żoni pedonali…

Aktar