Lokali
Espert tas-siġar jgħid li mhux kull siġra hi addattata għat-toroq Maltin

Waqt li s-siġar huma importanti għall-ambjent u għall-arja nadifa jistgħu jkunu ta’ periklu jekk jitħawlu bla ħsieb. L-espert tas-siġar, Alfred E Baldacchino sostna ma’ TVM li mhux kull siġra, speċjalment il-Fichus u l-Ewkaliptus, huma addatati għat-toroq tagħna.

Għall-espert fl-immaniġġjar u l-ippjanar tas-siġar, Alfred E Baldacchino, il-maġġoranza tas-siġar fit-toroq tagħha mhumiex siġar adattati għas-central strips. Is-sur Baldacchino spjega li ħafna minn dawn is-siġar huma tal-Fichus u Ewkaliptus u kkritika wkoll il-mod ta’ kif qed jinżabru.

Alfred Baldacchino qal li “qatt mhu postha f’center strip dejjaq. L-ewkaliptus tikber għolja u din tinżel ħafna tfittex l-ilma. Wieħed iqis ukoll in-nuqqas ta’ xita li għamlet fl-aħħar sentejn u l-mod kif inżabret u xejn professjonali li biex jgħaddu vetturi u makkinarju, inżabret minn taħt u spiċċat togħla ‘l fuq”.

Mistoqsi x’soluzzjoni jara, s-Sur Baldacchino qal li faċilment tuża arbuxelli lokali.

“Fis-center strip li tkun dejqa m’hemmx għalfejn titħawwal siġra li togħla allura tuża arbuxelli lokali. Dawn jistgħu jinżabbru bħala lqugħ, li waqt li jilqagħlek ir-riħ, u meta tgħaddi karozza ikun hemm l-ilma ma ttajjarx fuq il-lane l-ieħor, għandek il-bright li jilqugħ ukoll” qal is-sur Baldacchino.

B’maltempata qalila bħal dik ta’ ġimgħa ilu, mhux biss jinqalgħu siġar fit-toroq, iżda wkoll siġar li jkunu mħawlin fi proprjetajiet privati. Is-Sur Baldacchino sostna li anke hawnhekk hawn nuqqas ta’ għarfien.

Alfred Baldacchino qal li “il-problema hija nuqqas ta’ tagħrif fuq is-siġar li jiġu magħżula. Jekk se tħawwal siġra f’parapett ma tħawwilx waħda li l-għeruq jinfirxu bħal fikus. Imma tagħżel siġra li l-għeruq taghħha ma jagħmlux ħsara lid-dar.”

Fid-dawl tal-inċident fatali tal-ġimgħa l-oħra, li fih sfortunatament missier Rumen miet wara li l-karozza li kien qed isuq spiċċat mgħaffġa minn sigra, is-Sur Baldacchino qal li jiddispjaċih jisma’ li issa li ġrat traġedja, se jittieħdu passi fuq is-siġar li hemm fi Triq Notabile fl-Imrieħel.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

L-operaturi tat-trasport fl-iskema ta’ trasport b’xejn għall-istudenti tal-iskejjel tal-Knisja u indipendenti żdiedu bi 18 oħra. Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li l-operaturi tat-traspost telgħu għal 75. Il-Ministeru qal li ser ikun…

Lokali

Il-Moviment Patrijotti Maltin organizza mixja mill-Ħamrun sal-Marsa b’solidarjetà mar-residenti. Henry Battistino f’isem il-Moviment qal li b’din il-mixja jridu juru s-solidarjetà tagħhom għaliex qal li dawn ir-residenti qed isofru konsegwenzi minħabba…

Lokali

Il-Professur Alan Deidun qal li fl-ibħra Maltin feġġet ħuta invażiva magħrufa bħala Siganus Luridus jew Qawsalla. Fuq Facebook, Prof Deidun spjega li l-ħuta oriġinat fil-Baħar l-Aħmar u l-Oċean Indjan. Hija ġiet…

Aktar