Protezzjoni Ċivili
Esperti minn Singapore jgħinu fi pjan strateġiku għall-Protezzjoni Ċivili f’Malta

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ffirma ftehim ta’ koperazzjoni mas-Singapore Civil Defence Force. B’dan il-ftehim l-forzi tal-protezzjoni ċivili ta’ Singapore se jipprovdu espert tagħhom b’xejn lid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, fosthom għat-tfassil ta’ pjan strateġiku.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed jippjana li jfassal strateġija dwar il-Protezzjoni Ċivili u għandu qbil fil-prinċipju li jkollu l-għajnuna ta’ esperti mis-Singapore Civil Defence.

Permezz ta’ ftehim bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet, f’Marzu li ġej ser jitlaqqa’ l-ewwel Joint Steering Committe bejniethom.

Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, Emmanuel Psaila, qal b’dan il-ftehim Malta se tħares lejn l-operat ta’ Singapore bħala mudell ta’ kif pajjiż żgħir imma bi sfidi kbar qed jipprepara għal kull eventwalità.

“Nistgħu nibbenifikaw, eżempju, x’sistemi nużaw fil-control rooms, bħal dawk li huma early warning device, jew nutilliżaw it-taqsima tal-urban search and rescue, fi ftit kliem it-taqsima ta’ dawk li jidħlu jfittxu meta jaqa’ xi bini.”

Is-Sur Psaila qal li l-awtoritajiet ta’ Singapore qablu li jikkoperaw mad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili mingħajr ma jistennew xejn lura. “Jekk tqabbad konsulent, se jiswik ħafna ħafna flus, minn kalkoli li għamilna jekk iġġib konsulent biex ifassal it-training grounds, minn kalkoli li għamilna joħodlok mal-€400,000, €500,000. Issa huma lesti jgħatuna l-expertise tagħhom b’xejn.”

Id-Direttur tas-CPD żied jgħid li b’din il-kooperazzjoni ta’ ħames snin bejn iż-żewġ pajjiżi, Malta se tiggwadanja ħafna minn wieħed mill-aqwa skwadri tal-protezzjoni ċivili fid-dinja.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li issa l-waqt li l-Prim Ministru juri kemm hu kapaċi jieħu d-deċiżjonijet għal governanza tajba. Staqsa x’se jagħmel bil-Ministru Justyne Caruana wara li ġie…

Politika

Ġimgħa wara l-ħatra tiegħu bħala Mexxej tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar il-ħidma li inbdiet favur governanza tajba u rrefera għal-kumitat li twaqqaf fil-kabinett li se jkun qed…

Politika

L-eks deputat kummissarju tal-Pulizija, Silvio Valletta, qal fi stqarrija li qatt ma kien jaf bl-involviment ta’ Yorgen Fenech fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia. Hu qal dan wara li l-gazzetta The…

Kultura

Fil-Kapitali se tibda kompetizzjoni mużikali b’differenza hekk kif il-ġurija mhux biss se tivvota għall-aqwa siltiet u prestazzjoniet iżda għall-aqwa vjolin. Matul il-Malta International Violin Making Competition se jiġu ġġudikati 70…

Aktar