Enerġija
Esplorata l-possibbiltà li tiġi ġġenerata l-enerġija mix-xemx minn fuq il-baħar

Bil-limitazzjonijiet kbar tal-art għal solar farms, l-MCAST flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tax-Xjenza u t-Teknologija qed ikompli jesperimenta dwar solar farms fil-baħar madwar Malta biex tiġi ġenerata l-enerġija mix-xemx. L-MCASTqal li dal-proġett qed iservi wkoll l-istudenti fil-korsijiet tiegħu jwettqu r-riċerka tagħhom.

Medded kbar ta’ baħar li jdawru l-gżejjer Maltin jaf jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ art fejn isiru l-panelli tax-xemx għal ġenerazzjoni tal-enerġija. Madankollu, il-baħar joffri sfidi akbar mill-art fost oħrajn minħabba l-kurrenti, it-trasport tal-baħar u l-effetti tal-mewġ fuq dawn l-istrutturi. Fl-istess waqt il-panelli tax-xemx fuq il-baħar jistgħu jkunu iktar effettivi fl-eqqel tal-istaġun sajfi. Dan kollu qed ikun taħt il-lenti fir-riċerka li qed issir mill-MCAST b’sistema ta’ pannelli fotovoltajċi fil-baħar li se tiġi ppruvata wara s-sajf.

Id-Direttur tal-Inġinerija u t-Trasport fl-MCAST, l-Inġinier Stephen Sammut qal li l-ewwel sistema li tpoġġiet fl-Għid ta’ sena ilu ġo gaġġa tat-tonn fil-baħar ‘il barra minn Kemmuna, diġà tat l-ewwel riżutlati. Għalhekk l-MCAST ħadem fuq sistema aktar robusta li se jniżżilha fil-baħar f’Novembru li ġej.

“Is-sistema kif inhi ddisinjata hija biex tkun scaleable, modular system kulma iżżid aktar pannelli u żżid l-enerġija tiegħek.”

Żied li l-enerġija minn sistema bħal din tista’ tintuża minn installazzjonijiet fuq il-baħar fosthom l-industrija tal-akwakultura. Qal li jekk is-sistema tkun kbira biżżejjed, wieħed jista’ jqabbadha mal-grid nazzjonali.

“Waħda mill-vantaġġi li jkollok sistema ġol-baħar hi l-panelli jiġu mkessħin mill-ilma tal-baħar. L-ilma tal-baħar meta jkessaħ il-pannelli iġiegħlhom ikunu aktar effiċjenti fl-operat tagħhom.”

Biex iqabblu l-effiċjenza ta’ pannelli fuq il-baħar u oħrajn fuq l-art, l-MCAST li qed jagħmel il-proġett bi sħab anke ma’ entitajiet privati u li huwa ffinazjat mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, installa wkoll pannelli fotovoltajċi fuq l-impjant tar-reverse osmosis taċ-Ċirkewwa. L-Inġinier Sammut temm jgħid li dan il-proġett jinvolvi studenti tal-MCAST minn korsijiet differenti.

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Waqt żjara fix-xelter tal-YMCA li għandu mat-30 resident, il-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li r-realtà tal-faqar f’Malta, qiegħda tiżdied minkejja t-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż. Dr Delia qal li l-Gvern għandu…

Xogħol

Fit-tieni kwart tas-sena, bejn April u Ġunju li għadda, Malta kellha t-tielet l-ogħla rata ta’ sejħiet għal impjiegi fis-suq tax-xogħol. Skont ċifri tal-Eurostat, il-postijiet tax-xogħol li kienu qed ifittxu l-ħaddiema…

Aktar