Divertiment
Estiż il-Karnival tas-sajf – opportunitajiet biex titgħallem l-arti tal-karnival

Festivals Malta flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala, il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Gvern Lokali u l-Aġenzija  Nazzjonali tal-Litteriżmu se testendi l-Karnival tas-sajf bl-organizzazzjoni ta’ ‘Hands-On Summer Carnival Experience’.

Fi stqarrija, Festivals Malta qalet li din l-attività ħajja hi intiża biex il-pubbliku ġenerali, speċjalment it-tfal, jiskopru aktar kif isir ix-xogħol artistiku marbut mal-karnival. Din l-esperjenza se ssir fix-Xatt ta’ Wied il-Għajn nhar il-Ħadd 12 u t-Tnejn 13 ta’ Awwissu mis-7:30pm ’il quddiem.

Għall-okkażjoni se jkun hemm numru ta’ stands fejn jiġi spjegat kif tinħadem il-kartapesta, l-imuddellar bit-tafal, it-tpinġijiet tal-maskri u l-forom bil-bżieżaq waqt diversi attivitajiet speċjalment dawk intiżi għat-tfal. Il-pubbliku se jkun imħeġġeġ jipparteċipa u wara kull spjega jipproduċi biċċa xogħol hu stess marbuta mal-karnival.

Barra minn hekk, permezz tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, se jittellgħu rakkonti ta’ stejjer fil-kafetterija Jacob’s Brew. Dawn l-istejjer, li jkunu animati u mżewqa b’diversi forom espressivi, se jsiru l-Ħadd 12 ta’ Awwissu għal tfal bejn l-4 u 7 snin u l-għada t-Tnejn 13 ta’ Awwissu għal tfal sa 3 snin. Peress li l-post hu ristrett hu rakkomandat li tirriserva post minn qabel billi ċċempel fuq 25982990 jew tibgħat email fuq [email protected].

Festivals Malta tfakkar li l-isfilati tal-Karnival tas-sajf se jsiru l-Ġimgħa u s-Sibt 17 u 18 ta’ Awwissu f’Buġibba u l-Ħadd 19 ta’ Awwissu f’Wied il-Għajn. Din is-sena flimkien mal-Ministeru għall-Għawdex se jittella’ wkoll fl-Imġarr, Għawdex nhar is-Sibt 1 ta’ Settembru, 2018.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-grupp mużikali Lucy’s Last ħareġ l-ewwel vidjow mużikali tiegħu għal din is-sena – “Goodbye”. Id-diska mfassla fuq stil ‘indie’, għandha elementi tal-mużika elettronika li jagħtu xeħta lill-ġeneru tas-snin 80. Dan…

Lokali

Il-GRTU qalet li se tagħti l-aħħar ta’ din il-ġimgħa biex jingħalqu d-diskussjonijiet dwar il-kwistjoni li żviluppat fuq il-pompi tal-petrol. Fi stqarrija, il-GRTU qalet li lbieraħ saret laqgħa mal-Ministru għall-Enerġija  Joe Mizzi…

Ikel

X’jagħmel lill-ftira daqstant speċjali u x’qed isir biex tiddaħħal fil-lista tal-UNESCO bħala wirt kulturali Intanġibbli? Ftira friska u tqarmeċ imħawra jagħmlu l-ftira biż-żejt mill-aktar appetituża u mfittxija għal ikla ta’…

Kronaka

Mara ta’ 56 sena mill-Kalkara sofriet ġrieħi ta’ natura gravi wara li ntlaqtet minn karozza. Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6pm fi Triq in-Nevew, f’Ħaż-Żabbar. Il-Pulizija tad-Distrett marru…

Aktar