Lokali
Estiża d-data biex tapplika għall-klassijiet ta’ reviżjoni tas-SEC

L-applikazjonijiet għall-klassijiet ta’ reviżjonijiet tas-SEC bla ħlas ġew estiżi, u minflok sal-lum, l-istudenti għandhom ċans japplikaw sa għada l-Ħamis f’nofsinhar.

Il-lezzjonijiet se jsiru fuq ħames ġimgħat mill-24 ta’ Lulju sal-aħħar t’Awwissu, u se jkompru l-Bijoloġija, l-Ingliż, il-Malti, il-Matematika u l-Fiżika.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni fakakr li meta wieħed japplika għall-klassijiet ta’ reviżjoni ma jkunx qed japplika wkoll għar-resits, u għall-eżamijiet wieħed irid japplika separatament mal-MATSEC.

Wieħed jista’ japplika għall-klassijiet ta’ reviżjoni hawn.