Lokali
Estiża għall-persuni ta’ 30 sena, l-iskema li biha l-gvern jidħol għal 50% tal-proprjetà

F’konferenza tal -aħbarijiet, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes qal li l-lista ta’ stennija għal post tal-Gvern naqset bin-nofs fi tliet snin.

Il-Ministru Galdes semma kif l-allokazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali telgħet għal ftit iktar minn 40 miljun ewro biex fost l-oħrajn ikomplu jibqgħu fis-seħħ bosta inċentivi u skemi tal-Awtorità tad-Djar li qed jilħqu kategoriji differenti ta’ nies li jeħtieġu għajnuna biex jikru jew isiru sidien ta’ darhom.

Dwar l-iskema tal-Equity Sharing, li sa issa kienet miftuħa għal persuni li għandhom ‘il fuq minn 40 sena, qal li din se tiġi estiża għal persuni li għandhom ‘il fuq minn 30 sena, fejn il-gvern jidħol għal massimu ta’ 50% tal-proprjetà u għalhekk jissaħħaħ il-valur li jista’ jinkiseb f’self.

Ħabbar ukoll it-tnedija ta’ studju għad-disinn ta’ Care Plan li se jkun qiegħed jgħin biex jiġi offrut programm ta’ għajnuna u servizzi speċifiċi għal min japplika għall-akkomodazzjoni socjali.