COVID-19
Estiża l-iskema ta’ rifużjoni fuq id-depożiti għat-tiġijiet li ġew posposti

Il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol ħabbar li l-għotja għal rifużjoni ta’ depożiti mħallsa għal tiġijiet u ċerimonji tal-unjoni ċivili li ġiet imħabbra fl-2020 bħala part mill-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika se tiġi estiża mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021.

Għal din l-iskema hemm allokazzjoni ta’ €2 miljun u din se tibqa’ fis-seħħ sakemm l-allokazzjoni tiġi utilizzata kollha. Kull koppja tista’ tibbenefika sa €2,000 u tista’ tapplika darba biss.

Il-kriterji eliġibbli għal din il-miżura huma tlieta:

L-ewwel, koppji li ċ-ċerimonja tat-tieġ jew unjoni ċivili tagħhom kienet oriġinarjament mistennija li ssir bejn it-8 ta’ Marzu 2020 u t-31 ta’ Diċembru 2021;

It-tieni, koppji li kellhom depożiti mħallsa fuq oġġetti u servizzi relatati maċ-ċerimonja tat-tieġ jew unjoni ċivili tagħhom kif pprovat mid-dokumenti ppreżentati;

It-tielet, dawk li se jipprovdu s-servizzi għad-data l-ġdida tat-tieġ jistgħu jkunu differenti minn dawk ibbukkjati għall-ewwel data tat-tieġ.

Aktar informazzjoni u applikazzjonijiet fuq is-sit https://finance.gov.mt/en/Services/Pages/Grants.aspx