Lokali
Estradit lejn l-Italja n-negozjant Antonio Ricci

Wasal l-Italja f’dawn il-ħinijiet, skortat mill-pulizija, in-negozjant Taljan Antonio Ricci, li ġie estradit biex jiffaċċja akkużi dwar konfoffa kriminali. Hu ġie estradit bis-saħħa ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, tmint’ijiem wara li aċċetta minn jeddu li jintbagħat pajjiżu wara li saru emendi fl-att tal-akkuża kontrih. Television Malta segwa l-wasla ta’ Ricci fl-ajruport qabel ma ħalla Malta.

Skortat minn uffiċjali armati mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin in-negozjant Taljan Antonio Ricci twassal l-ajruport sagħtejn qabel il-ħin skedat għat-titjira lejn Ruma. Minn barra is-sala tal-wasliet, hu ddaħħal dritt għal parti ristretta tal-ajruport.

Ricci li kien segretarju ta’ kumpanija Maltija tal-gaming u li ilu jgħix Malta għal dawn l-aħħar 10 snin ma’ martu u uliedu se jghaddi proceduri l-Italja dwar konfoffa kriminali,

Ricci flimkien ma’ persuni oħra, fosthom l-allegat mandat fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia Yorgen Fenech, qed ikun investigat mill-awtoritajiet Taljani dwar allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni u logħob tal-azzard fuq logħbiet tal-futbol fosthom fuq erba’ logħbiet tas-Seria A Taljana. L-istess investigazzjoni wasslet għall-proċeduri kriminali kontra l-eks President tal-klabb tal-futbol ta’ Katanja, Nino Pulvirenti.

It-Taljan, ta’ 43 sena li kien jgħix is-Swieqi, kien ġie arrestat l-ewwel darba lejn l-aħħar t’April. Madankollu, id-deċiżjoni tal-Qorti Maltija biex jiġi estradit lejn l-Italja fuq akkużi relatati mal-kriminalità organizzata kienet inbidlet mill-Qorti tal-Appell, ippreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera.

Hu reġa’ ġie arrestat mill-Pulizija Maltija b’mandat ta’ arrest Ewropew fl-20 ta’ Diċembru u tressaq il-Qorti l-għada. L-Ispettur Mark Galea xlieh b’inqas akkużi minn dawk li kien hemm qabel. Fost oħrajn, tneħħiet l-akkuża ta’ assoċċazzjoni mal-mafja kif implikat fl-ewwel mandat t’arrest. Disat ijiem qabel kienet se tingħata is-sentenza, wara xhur jiġġieled battalja fil-Qorti biex ma jiġix estradit, Ricci aċċetta minn jeddu li jkun estradit wara li saru emendi fl-att tal-akkuża kontrih.

F’ittra, Ricci rrimarka li lest jidher quddiem il-Qorti ta’ Reggio Calabria skont l-aħħar mandat ta’ arrest Ewropew. Il-Maġistrat Nadine Lia ordnat li Ricci jinżamm arrestat u jiġi estradit fi żmien għaxart ijiem.

Il-Ġimgħa filgħaxija, Antonio Ricci, skortat mill-Pulizija deher tiela’ abbord ajruplan tal-Alitalia f’titjira lejn l-ajruport ta’ Fiumicino.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

It-tranżizzjoni klimatika inkorporata fil-Patt Ekoloġiku hija imperattiv etiku kif ukoll opportunità ekonomika. Jeħtieġ li nadattaw il-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw biex nipproteġu ’l saħħitna u l-benesseri tagħna u nħarsu l-pjaneta…

Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi Brussell għat-tieni jum tas-summit speċjali tal-Kunsill Ewropew, bil-għan li jintlaħaq qbil fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. L-ewwel jum tas-summit kien wieħed…

Qorti

Aġġornat kontinwament Illum issoktat l-inkjesta pubblika fil-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, liema inkjesta qed tistħarreġ jekk l-awtoritajiet setgħux jieħdu miżuri biex jevitaw dan id-delitt. Fis-seduta tal-lum qiegħed jixhed Glenn Bedingfield….

Kultura

Huma ħafna l-Beltin involuti fil-Karnival: minn karristi . . . sa żeffiena . . . għal oħrajn involuti fl-organizazzjoni, b’ħafna mill-attivitajiet ewlenin organizzati minn għada sat-Tlieta li ġej fit-toroq ewlenin…

Aktar