Eurostat: l-applikazzjonijiet għar-refuġju jiżdiedu b’191,000 f’sena

Rapport ieħor tal-aġenzija tal-istatistika Ewropea, juri li s-sena li għaddiet, saru 626,000 applikazzjoni mal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea minn immigranti li riedu protezzjoni umanitarja. Il-Eurostat qal li l-applikazzjonijiet żdiedu b’191,000 fuq l-2013. Iż-żieda fit-talbiet għar-refuġju kienet l-iktar minn ċittadini Sirjani li żdiedu bi 72,000.

Paragun mal-popolazzjoni, l-Iżvezja kellha l-ogħla numru ta’ applikazzjonijiet bit-8.4 għal kull 100,000 persuna. Warajha kien hemm l-Ungerija, l-Awstrija u warajhom Malta bit-3.2 applikazzjoni għal kull 100,000 persuna.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Mit-Tnejn li ġej l-Università ta’ Malta se jibdew ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni għal tliet elef u ħames mitt student, li aktar minn sittin fil-mija minnhom huma nisa. F’quddiesa ta’ ringrazzjament, l-Isqof…

Statistika

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li kien hemm 31 studenti tfajliet li ġew riferuti lis-servizz Għożża tul is-sena skolastika li għaddiet. Is-servizz Għożża joffri għajnuna lil tfajliet fl-età tal-iskola obbligatorja…

Lokali

565 persuna kienu rrapportati lill-Pulizija bħala nieqsa mill-bidu tas-sena sa tmiem Settembru. Minn dawn il-persuni 514 instabu waqt li 51 oħra għadhom irrapurtati nieqsa. Dan it-tagħrif ingħata fil-Parlament mill-Ministru għall-Affarijiet…

Aktar