Lokali
Eurostat: Malta bl-ikbar rata ta’ tkabbir fl-impjiegi fl-Unjoni Ewropea fl-2016

Skont il-Eurostat, fi tmiem l-2016 kien hawn 4,200 opportunità ta’ xogħol f’pajjiżna u 2,900 persuna jirreġistraw.

Fir-raba’ kwart ta’ din is-sena, pajjiżna kellu fost l-ikbar rati ta’ offerti ta’ xogħol mhux mimlija magħrufa aħjar bħala vakanzi ta’ xogħol u dan minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Dan ifisser li minkejja li fl-2016 pajjiżna kellu l-ikbar rata ta’ tkabbir fl-impjiegi fl-Unjoni Ewropea, għar-raba’ sena konsekuttiva, xorta min iħaddem hawn Malta għandu bżonn iktar ħaddiema biex jimla l-postijiet kollha ta’ xogħol li hawn bħalissa.

Dan ifisser li minn post tax-xogħol wieħed vojt għal kull żewġ persuni jirreġistraw sa erba’ snin ilu, issa għandna iktar minn post tax-xogħol wieħed għal kull min qed jirreġistra.

F’Malta, dawk li jħaddmu qed ifitttxu li jżidu l-impjiegi magħhom bi 2.5%, ħafna iktar mill-1.8% madwar l-Unjoni Ewropea.

Is-sena li għaddiet din ir-rata kienet ta’ 2.1% f’Malta kontra 1.7% fl-Unjoni Ewropea.

L-operaturi f’Malta fil-qasam tal-manifattura u l-kostruzzjoni, skont l-Eurostat, għandhom offerti ta’ xogħol ekwivalenti għal 2.4%. Dan huwa ogħla mill-bżonn ta’ ħaddiema f’dawn is-setturi madwar l-Ewropa, li jilħaq 1.4% biss.

Fl-istess ħin, l-operaturi f’Malta fil-qasam tas-servizzi għandhom offerti ta’ xogħol ekwivalenti għal 2.6% tal-ammont ta’ ħaddiema li għandhom bżonn, aktar mid-domanda fil-bqija tal-Unjoni Ewropea, 2.1%.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Raġel ta’ 38 sena weġġa’ gravi f’ħabta bejn mutur u karozza f’Birkirkara. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00am fi Triq Mannarino. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn sabu ħabta bejn mutur ta’…

Lokali

Ingħalaq għalkollox is-sub post office tal-Maltapost fi Triq Ċensu Busuttil fl-Iklin. Dan ħabbitu l-kumpanija Maltapost, li fi stqarrija qalet li l-klijenti li kienu jinqedew mill-Iklin issa jridu jmorru fin-Naxxar. L-uffiċċju…

Lokali

Il-Partit Laburista qal li dd-deputat tal-Partit Nazzjonalista, Karol Aquilina, b’għemilu wera li ma jafx x’inhi governanza tajba. Fi stqarrija l-PL irrefera għall-mistoqsija parlamentari mwieġba lbieraħ, li qal uriet li fil-jum…

Lokali

Bejn Ġunju u Diċembru tal-2017, Transport Malta ħarġet total ta’ €144,475 f’multi li jikkoncernaw il-puntwalità u affidabilità lill-operatur tat-trasport pubbliku. Dan ħareġ wara li l-Ministru għat-Trasport Ian Borg wieġeb mistoqsija…

Aktar