Barranin
Evakwata ż-żona fejn qed jinħadem il-film li qed tieħu sehem fih Angelina Jolie

Skont diversi raporti, Angelina Jolie u membri oħra tal-film The Eternals kellhom ġurnata mhux tas-soltu meta ntalbu ma jmorrux fuq is-set minħabba biża’ li seta’ kien hemm bomba fuq is-set.

Diversi rapporti qalu li l-produzzjoni ta’ Marvel kellha tieqaf għal xi ħin meta membri tal-krew sabu oġġett mhux identifikat. L-oġġett instab f’post fejn kien se jsir l-iffilmjar, f’Canary Island,  Fuerteventura.

Fejn qed issir l-iffilmjar kien użat bħala bażi militari Ġermaniża waqt it-Tieni Gwerra Dinjija u jidher li din il-bomba, li baqgħet qatt ma ħadet, tmur lura għal dan iż-żmien. Wara li tneħħa kull periklu, bħala miżura ta’ sigurtà, iż-żona ġiet spezzjonata u wara li kienu ċerti li m’hemmx periklu l-produzzjoni kompliet.

Dak il-ħin li nstab l-oġġett ma kien hemm ħadd mill-kast iżda kien hemm xi membri tal-krew.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa wissiet biex l-imxija tal-Coronavirus ma terġax tgħolli rasha, għaliex il-virus għadu ma għebx. Dr David Nabarro, il-kelliem tal-WHO qal li għalkemm il-lockdowns bdew jintreħew, teħtieġ attenzjoni massima…

Barranin

Riċerkaturi Ingliżi għaddejjin b’ħidma intensiva fejn qed janalizzaw eluf ta’ pazjenti morda bil-Covid-19 biex jippruvaw isolvu l-misteru ta’ din il-marda; l-għaliex għal xi wħud hija fatali mentri oħrajn kulma jaqbadhom…

Barranin

Il-qtil ta’ raġel iswed minn pulizija abjad qanqal protesti vjolenti f’Minneapolis fl-Istati Uniti u wara tlitt ijiem ta’ protesti matul il-lejl li għadda ngħatat in-nar l-għassa tal-pulizija f’din il-belt. Il-protesti…

Barranin

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson ħabbar li minn nhar it-Tnejn, l-għadd ta’ persuni li jistgħu jiltaqgħu barra tela’ għal sitta, b’dawk li mhumiex mill-istess residenza iridu joqgħodu żewġ metri…

Aktar