Kronaka
AĠĠORNAT: Jirriżulta fin-negattiv is-suspett ta’ bomba f’Ta’ Xbiex

Il-Pulizija flimkien mal-membri mit-Taqsima tal-Explosive Ordnance Disposal Unit tal-Forzi Armati ssejħu f’Ta’ Xbiex minħabba suspett ta’ bomba ma’ vettura.

Is-suspett ta’ bomba ma’ vann seħħet fi Triq Gioacchino Navarro, f’Ta’ Xbiex.

TVM huwa infurmat li kienu għall-ħabta tat-3.30 pm meta sid il-vann, mis-cctv ra raġel miexi lejn il-vettura tiegħu u niżel taħt il-vann. Għalhekk ċempel lill-Pulizija.

Fit-triq hemm childcare centre u diversi ġenituri kienu anzjużi jistennew biex jiġbru t-tfal.

It-triq infetħet mill-ġdid wara li t-tfittxija riżultat fin-negattiv.