Evidenza li hemm l-ilma jnixxi fuq il-pjaneta Mars

Riċerkaturi sabu evidenza li fuq il-pjaneta Mars hemm l-ilma jnixxi minn fuq għoljiet mdaqqsin. Dan ħareġ minn data tas-satellita tal-awtorita’ spazzjali, in-NASA. Huma qalu li din is-sejba tkompli issaħħaħ it-tamiet li fuq din il-pjaneta tista tilqa fiha xi forma ta’ ħajja.

L-ilma jħalli tebgħat skuri twal fuq it-terran li jitsgħu ilaħħqu sa 100 metru waqt ix-xhur l-aktar sħan.

Ix-xjentisti m’humiex ċerti minn fejn ġej l-ilma iżda dan jista jkun qed joħroġ mis-silġ li hemm taħt l-art jew min-nida li tinsab fl-atmosfera.