Enerġija
Evita inċident: Kif tinduna jekk għandekx ħruġ ta’ gass?

Wara sensiela ta’ inċidenti rrapportati li kienu jinvolvu ċilindri tal-gass li għadhom qed jiġu investigati, TVM stħarreġ x’jistgħu jkunu s-sitwazzjonijiet li qed jikkawżaw dawn il-każi u kif jistgħu jiġu evitati.

L-Uffiċjal tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, Anthony Pisani, spjega li l-konsumaturi għandhom jiżguraw li r-regolatur li jaqbad maċ-ċilindru huwa tal-LPG u mhux ta’ gass ieħor. Iridu jaraw ukoll li r-regolatur jinbidel meta jagħmel żmienu, skont l-istruzzjoni tal-manifattur. Insista wkoll fuq installazzjoni tajba meta jinbidel iċ-ċilindru.

”Jekk dak ikun qed jiżfen fuq il-pop-on, dak qed jurik li mhux imqabbad tajjeb. Allura hemm ċans li joħroġ il-gass, isib source of ignition u dan se jaqbad.”

Bħar-regolatur, anke il-pajp jagħmel żmienu u jrid jinbidel. ”Il-pajp għandu perjodu ta’ meta jinbidel jiġifieri kull 5 snin, il-pajp għandek tbiddlu speċjalment jekk ikun qiegħed fix-xemx.”

Is-Sur Pisani wissa li suspett ta’ ħruġ ta’ gass qatt u qatt ma jista’ jiġi ċċekkjat b’sulfarina. ”Tiċċekkja billi tagħmel ftit sapun mal-ilma, pinzell u ddur mal-joints.”

Jekk tintefaħ bużżieqa, hija konferma li hemm ħruġ ta’ gass, u allura hemm prekawzjonijiet li jridu jittieħdu mill-ewwel.

”Jekk id-dawl hu jixgħel, titfix. Jekk mitfi, tixgħelx. Lanqas mobiles. Mobile m’għandek qatt iddaħħlu miegħek jekk inti qed ixxomm ir-riħa tal-gass. Ħallih ‘il bogħod. L-ewwel ħaġa li nagħmlu hu li tiftaħ. Importanti li tiftaħ,” spjega s-Sur Pisani.

Is-sena l-oħra, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assista fuq 30 każ ta’ ħruġ ta’ gass.

”Il-pajp ma jkunx imqabbad mar-regolatur sew, ma jkunx hemm jubilee clip u jista’ jkun li r-regolatur ma jkunx adattat maċ-ċilindru per se.”

Is-Sur Pisani ħeġġeġ biex jekk jista’ jkun iċ-ċilindru tal-gass jitpoġġa fil-miftuħ.

”Jekk inti ma tistax tagħmel hekk u allura ċ-ċilindru qed iżżommu fil-bank tal-kċina, importanti li tagħmel detector tal-gass. Il-leak detector ma tridx tagħmlu fl-għoli, imma fil-baxx, ħalli jekk inti hemm leakage ta’ gass dan jagħmillek ħoss.”

TVM hu infurmat li fl-aħħar 6 xhur, l-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur wettqet 40 spezzjoni għal għarrieda fil-ħwienet li jbigħu r-regolaturi u għand distributuri tal-gass.

Uffiċjal fl-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, James Spiteri qal ”il-liġi tgħid li ċilindru għandu jiġi ttestjat kull 10 snin u aħna nimmoniterjaw il-kumpaniji tal-gass li dawn iċ-ċilinidri actually vera jiġu ttestjati.”

L-Uffiċjal tal-MCCAA, James Spiteri żied jgħid li n-nies għandhom jiċċekkjaw kull meta għandu jinbidel ir-regolatur. ”Ħafna mid-drabi tkun bejn 5 snin u 10 snin.Mhux xtrajtu darba u tibqa’ tużah għal għomrok.”

Hu qal li l-Awtorità se tkompli tagħmel spezzjonijiet u jekk jinstabu regolaturi difettużi tirtirahom mis-suq.

Aħbarijiet Oħra
Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Sport

Matul it-tliet ijiem li ġejjin, l-atleti u l-uffiċjali ta’ Special Olympics Malta se jingħataw taħriġ minn ex Champion Olimpika Amerikana tal-għawm, Donna de Varona u tliet mibgħuta speċjali tal-isport mill-Istati…

Parlament

Illejla fil-Parlament qed isir id-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat b’reazzjoni għall-baġit. Dan wara li lbieraħ sar id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Id-diskors tal-lum qed jixxandar dirett fuq l-istazzjon TVM u fuq…

Aktar