Kronaka
Evita li tgħaddi minn Paceville minħabba inċident tat-traffiku

It-toroq fil-periferija ta’ San Ġiljan għal xi ħin ingħalqu għat-traffiku wara inċident li seħħ għall-ħabta tas-1pm.

L-inċident seħħ bejn Triq Gort u Triq San Ġorġ meta trakk tal-konkos tqaċċatlu t-tank tal-hydraulic biż-żejt spiċċa nxtered kollu fit-triq. Minħabba l-periklu taż-żlieq it-triq ingħalqet sakemm sar l-intervent biex jitneħħa l-periklu milll-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif u l-Manutenzjoni. Il-Pulizija tad-Distrett ħejjew rapport tal-inċident.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Id-Dipartiment tal-Istat Amerikan, permezz tal-kelliema tiegħu, Morgan Ortagus faħħar il-pożizzjoni tal-Gvern Malta wara li rrifjuta li żewġ ajruplani militari Russi jgħaddu mill-ispazju tal-ajru Malti. L-ajruplani kellhom itiru mis-Sirja għall-Venezwela. Il-Gvern…

Kronaka

Raġel ta’ 29 sena mill-Imsida ttieħed l-isptar wara li baqa’ dieħel f’arblu. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4pm fi Triq il-Kosta. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni…

Lokali

F’Malta, il-President George Vella ltaqa’ mal-pubbliku fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Appella lill-Maltin biex jgħixu bħala aħwa. Il-President ta’ Malta George Vella qal “”jiena nixtieq li nwassal messaġġ ta’ tama u mħabba u…

Aktar