Lokali
Evita Triq il-Wied: Inċident joħloq konġestjoni ta’ traffiku

Il-Pulizija qed tavża lis-sewwieqa biex jevitaw Triq il-Wied, f’Birkirkara, minħabba inċident li mblokka parti mit-triq.

TVM infurmat li fil-ħabta, li seħħet għall-5.00pm, hemm involuti żewġ vetturi, b’waħda minnhom li nqalbet. Miż-żewġ karozzi, li ħabtu qrib ix-showroom tal-Ideacasa, ħareġ ukoll il-fjuwil.

Fuq il-post marru l-Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Jirriżulta li ħadd ma weġġa’ gravi, iżda waħda mill-persuni involuti ngħatat assistenza medika peress li hija tqila.

Aħbarijiet Oħra
Parlament

Il-Kumitat Parlamentari tal-verifika ddiskuta t-trasferiment ta’ art fiż-żona ta’ San Ġorġ u Pembroke lill-kumpanija Corinthia biex jittrasformaw lukanda preżenti u jibnu oħra ġdida bħala lukanda ta’ sitt stilel u li…

Lokali

L-Ambaxxatur ta’ Malta fi Franza, Helga Mizzi, kitbet fuq Facebook li l-Maltin li hu magħruf li jinsabu fi Strasburgu ma kienux fil-periklu fil-ħin li seħħ l-attakk terroristiku f’villaġġ tal-Milied fil-belt…

Mużika

It-temp xitwi hu ideali għal mixja jew ġirja li tgħin biex il-persuna tkun fl-aħjar forma fiżika possibbli jew għall-anqas iżżomm ruħha attiva. Fl-ambjent urban, ix-xatt ta’ Tas-Sliema hu wieħed mill-aktar…

Aktar