Toroq
Evitaw it-Triq tal-Barrani għax tinsab mgħerrqa

Illum waranofsinhar xi karozzi spiċċaw wieqfa fit-Triq tal-Barrani, fil-limiti ta’ Ħal Għaxaq, kawża tal-għargħar.

Xita qalila, kif ukoll silġ, li laqat in-nofsinhar ta’ Malta kmieni waranofsinhar illum ħalla bosta toroq mgħerrqa, anki dawk arterjali.

Is-sewwieqa huma mitluba jevitaw b’mod partikolari t-Triq tal-Barrani sakemm ibattu l-ilmijiet.

Jekk għandek xi ritratti jew filmati tal-maltemp tal-lum ibgħathom fuq [email protected]