Kronaka
Ex attur tal-porn neża’ quddiem it-tfal f’Ħal Qormi

F’supermarket f’Ħal Qormi, ex attur tal-porn neża’ quddiem żewġt ibniet.

L-inċident seħħ quddiem tal-kwart (cheese counter) is-Sibt li għadda.

Stevan Karanovic ta’ 57 sena, mis-Serbja, residenti r-Rabat tressaq il-Qorti llum akkużat li neża’ intenzjonalment quddiem 2 ibniet taħt l-età.

Il-Pulizija li għamlu raid fir-residenza tiegħu sabu ritratti u filmati ta’ pornografija tat-tfal u trabi tat-twelid.

Kienet waħda mill-bniet li qajmet l-allarm ma’ ommha li fil-pront irrappurtat il-każ lill-manager. Il-manager tas-supermarket żamm lill-akkużat sakemm il-Pulizija waslu fuq il-post.

It-tfal, meta ġew interrogati mill-Pulizija, qalu li Karanovic kien qagħad isegwihom fis-supermarket u jesponi lilu nnifsu kull meta ħarsu lejh jew fid-direzzjoni tiegħu.

Interrogat mill-Pulizija, Karanovic ammetta li espona lilu nnifsu quddiem it-tfal u li ma jafx jispjega għalfejn għamilha.

Karanovic ammetta li espona lilu nnifsu f’każijiet oħrajn kemm ilu li ġie Malta tliet snin ilu.

Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.