Infrastruttura
Ex biċċerija fil-Belt tinbidel f’faċilità għal artisti u disinjaturi ġodda

Inbniet kważi 400 sena ilu mill-Kavallieri fiż-żona ta’ wara l-Berġa tal-Baviera, fin-naħa t’isfel tal-Belt. Għal xi żmien, il-binja serviet bħala biċċerija, imbagħad bħala barracks tas-suldati u aktar tard bħala spazju industrijali żgħir għall-produzzjoni tal-ħobż permezz ta’ tmint ifran. Aktar riċenti, kienu jgħixu fiha n-nies.

Din il-binja storika issa qed tinbidel f’faċilità għal artisti u disinjaturi ġodda f’dik li meta titlesta se tkun magħrufa bħala l-Valletta Design Cluster. Ix-xogħol strutturali rranka f’Marzu li għadda, kif spjegat il-perit tal-proġett, Amanda Degiovanni.

Il-Perit, Amanda Degiovanni qalet ”ħadna ħsieb li nbiddlu soqfa li huma malandati, soqfa li kienu sfrundati, saffejna l-areas tal-ġebel li kienu kompletament deterjorati u qed narawna naslu lejn l-aħħar parti ta’ din il-fażi. Din il-fażi kienet tara wkoll ir-restawr tal-partijiet kollha ta’ barra tal-binja.”

Il-Perit Degiovanni qalet li minn hawn u ġimagħtejn oħra se tibda t-tieni fażi tal-proġett li fost oħrajn tikkonsisti fit-tqegħid tas-servizzi u anki r-riġenerazzjoni taż-żona madwar il-binja.

Bażikament it-toroq, ngħaddu l-infrastruttura kollha minn taħt u jinbidel il-pavimentar taż-żona kollha ta’ madwar il-Biċċerija.

L-akbar uġigħ ta’ ras kienet kif il-binja se tkun aċċessibbli għal kulħadd.

Il-Project Leader, Caldon Mercieca qal li l-proġett mistenni jitlesta sal-aħħar tas-sena d-dieħla u l-ispiża għalih se tlaħħaq it-€8 miljun, li jinkludu l-għajnuna ta’ fondi Ewropej. Is-Sur Mercieca spjega li l-post se joffri spazju minn fejn jaħdmu artisti żgħar u jgħinu jmiddu l-ewwel passi fil-karriera tagħhom fi żmien meta ma jkollhomx il-flus biex jaħdmu minn spazju tagħhom.

Il-Project Leader, Caldon Mercieca qal ”għandna spazju mgħammar b’għodda u anki b’nies iħarrġu nies li jridu jużaw dik l-għodda biex jinbnew affarijiet tal-ħadid u l-injam.”

Imbagħad għandna studios li jistgħu jintużaw minn artisti jew minn gruppi li qed jaħdmu fil-qasam kulturali u kreattiv biex jaħdmu fuq spazju aktar fit-tul għal sena, sentejn u jkollhom l-ispazju dedikat għalihom.

Dan il-proġett se jkollu wkoll ġnien pubbliku fuq is-saqaf u jidħol kexxun ma’ xogħlijiet ta’ restawr li qed isiru mill-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, il-GHRC, biex in-naħa ta’ isfel tal-Belt terġa’ tingħata l-ħajja.

 

Aħbarijiet Oħra
Turiżmu

Il-Maltin jivjaġġaw l-iżjed bl-ajru, u skont statistika tal-Eurostat, 63 fil-mija tal-vjaġġi tal-Maltin fl-2017 saru bl-ajru. Dan ipoġġi lil Malta fl-ewwel post, anke meta mqabbel ma’ gżejjer oħra. Fil-fatt, filwaqt li…

Qorti

Fil-Qorti llum ngħalqu l-provi kontra Liam Debono, li qed ikun akkużat bl-attentat ta’ qtil tas-Surġent Simon Schembri fil-15 ta’ Mejju 2018. Il-proċeduri issa mistennija jkomplu billi jinħareġ l-Att ta’ Akkuża…

Politika

L-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa li tirrappreżenta 47 pajjiż, approvat rapport kritiku dwar is-saltna tad-dritt f’Malta li tħejja mill-Parlamentari Olandiż Pieter Ormtzigt. Ir-rapport ġie approvat bit-72 vot favur, 18-il vot kontra…

Propjetà

Il-membru tal-Bord tal-Ippjanar tal-Awtorità tal-Ippjanar, Matthew Pace, mhuwiex preżenti għal-laqgħa tal-lum li fiha qed tkun diskussa l-applikazzjoni għall-proġett Townsquare t’Tas-Sliema. Il-ġimgħa li għaddiet il-Qorti tal-Appell sabet li s-Sur Pace kellu…

Aktar