Lokali
Eżerċizzju ta’ evakwazzjoni minn fuq cruise liner tal-Costa fil-Port il-Kbir

Mat-300 ruħ, fost oħrajn mill-Forzi Armati, paramediċi u s-servizzi ta’ emerġenza għall-ewwel darba ħadu sehem f’eżerċizzju ta’ simulazzjoni biex ġie evakwat cruise liner fl-ibħra Maltin.

Ix-xenarju beda fis-sitta ta’ filgħodu b’telefonata lill-awtoritajiet Maltin, li abbord il-cruise liner kien hemm il-magna qed taqbad u li kien hemm ħames persuni li ġarrbu ġrieħi gravi. Il-Forzi Armati evakwaw lill-ħames persuni midruba u bl-għajnuna tal-pulizija tat-traffiku, fl-aktar ħin bieżel ta’ filgħodu, f’għaxar minuti twasslu l-isptar b’ħames ambulanzi.

L-iskwadri ta’ salvataġġ mill-Forzi Armati u mill-Protezzjoni Ċivili ħadmu pjan ta’ emerġenza biex ikkontrollaw in-nar u evakwaw l-ekwipaġġ tal-vapur daqs li kieku kienu l-passiġġieri. Minħabba n-nar li baqa’ jinfirex, il-Kaptan tal-Costa neo Riviera, Giovanni Cosini, ta l-ordni biex kulħadd jabbanduna l-vapur.

Fl-evakwazzjoni kordinata, in-nies ittieħdu bid-dgħajjes tas-salvataġġ lejn ix-Xatt tal-Isla fejn twaqqaf ‘field hospital’ u bl-aktar każi gravi jintbagħtu lejn l-isptar.

Il-kmandant tal-operazzjoni ta’ simulazzjoni, l-Kaptan Richard Gabriele qal li l-eżerċizzju li ħa kważi tliet sigħat sar biex l-iskwadri ta’ salvataġġ ikunu mħejja anke kieku l-emerġenza tinqala’ fuq vapur akbar.

“Dan mhuwiex vapur mill-kbar nett, huwa dak li ngħidulu medium sized, maximum jgħabbi 1,700 passiġġier, massimu ta’ 650 crew,” spjega l-Kaptan. “Il-vapuri li huma ikbar minnu, ikollhom 4,000 passiġġier u xi 3,000 crew, jiġifieri qed nitkellmu fuq 7,000 ruħ abbord. Jiġifieri jekk inti se jkollok inċident reali, xi ħaġa bħal din trid tkun ippreparat.”

L-eżerċizzju kien segwit minn diversi entitajiet, sew Maltin kif ukoll rappreżentanti mill-Unjoni Ewropea, li flimkien mal-Gvern Malti, investiet fih bħala parti mill-attivitajiet marbuta mal-Presidenza Maltija. Il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi qal li dan l-eżercizzju sar għax fost il-prijoritajiet fil-Presidenza Maltija, fis-settur marititimu kien hemm ukoll is-sigurtà.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Pierre Darmanin weħel €8,000 multa bħala protezzjoni fil-konfront ta’ Rachel Darmanin u familtha wara li heddidha bil-kliem permezz ta’ mezzi teknoloġiċi, talli taha fastidju u kkaġunalha biża’ li se tintuża vjolenza…

Kultura

W’Oz hija l-produzzjoni teatrali annwali tal-Junior College mżewqa b’kant, reċtar u żfin, għal tmiem din il-ġimgħa fit-teatru tal-kulleġġ fl-Imsida. Is-soirée W’Oz! huwa bbażat fuq il-ktieb li jirrakkonta l-istorja ta’ Dorothy…

Kronaka

Sid ta’ dar flimkien mal-annimali domestiċi tiegħu nħarġu mid-dar wara li żviluppa nar fil-garaxx tar-residenza fi Triq il-Ħida San Ġwann. Jirriżulta li n-nar beda għall-ħabta tal-9.45pm tal-bieraħ filgħaxija u oriġina…

Kronaka

Żvediż ta’ 22 sena residenti Tas-Sliema ġarrab ġrieħi serji wara li waqa’ għoli ta’ tliet sulari. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.30am fi Triq Depiro Tas-Sliema stess. Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija irriżulta li…

Aktar