Teknoloġija
F’10 snin l-industrija tal-video games mistennija toħloq 3,000 impjieg

Strateġija oħra din id-darba fil-qasam tal-iżvilupp tal-video games u tal-e-sports tpoġġi miri speċifiċi fosthom li fi żmien 10 snin, toħloq sa 3,000 impjieg u tikkontribwixxi aktar minn mitejn miljun ewro fl-ekonomija Maltija.

Għal dan il-għan ġie ffirmat ftehim bejn Gaming Malta u l-akbar kumpanija fl-e-sport fid-dinja, ESL.

Il-Gvern nieda l-viżjoni tal-pajjiż għall-industrija tal-video games u tal-e-sports.

Waqt preżentazzjoni tal-istrateġija f’Kastilja, is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali Silvio Schembri qal li l-istrateġija taħseb ukoll fil-ħiliet meħtieġa. Spjega li l-Università u l-MCAST diġà joffru korsijiet fuq game design u game development u permezz ta’ ftehim fil-prinċipju bejn Gaming Malta u l-ikbar kumpanija fid-dinja fis-settur tal-e-sport, ESL, se jaraw kif bl-għajnuna tagħhom, jgħollu l-livell tal-korsijiet biex jitħarrġu żgħażagħ li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn opportunitajiet f’din l-industrija.

Is-Sur Schembri qal li hemm potenzjal kbir f’das-settur.

“L-għan tal-Gvern fuq din l-industrija hu li f’perjodu ta’ 10 snin, jinħolqu madwar 3,000 impjieg f’din l-industrija u mil-lat ekonomiku din tkun tirrappreżenta wieħed fil-mija tat-tkabbir ekonomiku jew 230 miljun ewro f’termini tal-lum għax 10 snin oħra din iċ-ċifra tkun ħafna akbar.”

F’Malta diġà hawn mal-15-il kumpanija li jiżviluppaw il-video games u bejniethom jimpjegaw mal-200 ruħ. L-istrateġija għandha l-għan li tgħin lil kumpaniji li diġà joperaw minn Malta u tinċentiva oħrajn fil-qasam biex jiġu Malta.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat laqa’ lill-kumpanija ESL f’Malta u rringrazzjaha tal-fiduċja li qed turi fil-pajjiż. Qal li l-inċentivi li se toffri l-istrateġija u li se jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin, huma skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea u jikkumplimentaw inċentivi li l-Gvern joffri lil oqsma oħra. Dr Muscat qal li jħares ‘il quddiem biex jara lil Malta hub ċentrali fil-Mediterran u fl-Ewropa fil-qasam tal-video gaming.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar