Avjazzjoni
F’10 xhur jgħaddu 6.3 miljun passiġġier mill-Ajruport

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqa’ aktar minn 6.3 miljun passiġġier bejn Jannar u Ottubru.

Fi stqarrija, l-Ajruport qal li din iċ-ċifra ssarraf fi tkabbir ta’ 6.7% fuq l-istess perjodu kumparabbli s-sena li għaddiet, u tindika li l-ajruport ser jagħlaq is-sena b’rekord tat-traffiku ġdid, jiġifieri aktar minn seba’ miljun moviment tal-passiġġieri.

L-ewwel 10 xhur tas-sena kollha wrew prestazzjoni tajba u rreġistraw livelli varji ta’ tkabbir, bl-istaġun tas-sajf – li jtul minn April sa Ottubru għall-industrija tal-avjazzjoni – jirreġistra żieda ta’ 7.7% fil-movimenti tal-passiġġieri. B’mod parallel ma’ dan it-tkabbir fin-numru ta’
passiġġieri, ġie osservat ukoll tkabbir ta’ 5.6% fil-movimenti tal-ajruplani u żieda ta’ 6.8% fil-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet lejn Malta.

L-aqwa ħamest iswieq għall-istaġun kienu r-Renju Unit (+3.3%), l-Italja (+3.7%), ilĠermanja (+17.3%), Franza (+8.4%) u Spanja (+9.3%). Il-konnessjonijiet tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ma’ dawn is-swieq popolari komplew jissaħħu fis-sajf blintroduzzjoni ta’ għadd ta’ rotot ġodda, bħal dawk ta’ Exeter, Cardiff, Verona u Perugia, u titjiriet aktar frekwenti fuq diversi rotot oħrajn.

Ix-xahar ta’ Ottubru ġab fi tmiemu l-istaġun tas-sajf. Dan ix-xahar irreġistra tkabbir ta’ 8.8% biex b’hekk qabeż is-700,000 moviment tal-passiġġieri għall-ewwel darba.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Axel Vella ġie mmultat elf ewro, u ngħata sentenza ta’ sena priġunerija sospiżi għal erba’ snin għax kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest f’każ li għadu qed jistenna quddiem il-Qorti dwar it-traffikar…

Qorti

Raġel ta’ 38 sena miż-Żurrieq ġie akkużat li kkaġuna ferita ta’ natura ħafifa fuq martu u li kkaġunalha biża’ f’argument li seħħ bejniethom fis-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu. Ir-raġel, li jaħdem…

Kurżitajiet

Waqt li t-traffiku normalment huwa l-kawża ta’ frustrazzjoni kbira għax-xufiera, jidher li dan ma jaffettwax lil kulħadd b’mod negattiv. Dan hekk kif f’filmat li qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali dalgħodu,…

Aktar