Immigrazzjoni
F’4 snin 30,000 tifel u tifla immigranti ntilfu waqt il-vjaġġ tagħhom

Is-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Missing Children Europe Aagje Leven qalet li l-fatt bejn l-2014 u l-2017,30,000 tfal immigranti intilfu waqt il-vjaġġ tagħhom ifisser falliment tas-sistema. F’konferenza f’Malta organizzat mill-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà tfasslu għadd ta’ rakkomandazzjonijiet biex din il-problema tkun indirizzata kemm f’livell Ewropew u anke mill-awtoritajiet Afrikani.

Skont in-network tal-migrazzjoni Ewropea, 30,000 tifel u tifla ġew irrapurtati nieqsa bejn l-2014 u l-2017, wara li ħarbu l-kundizzjonijiet ħżiena f’pajjiżhom. Is-Segeretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Missing Children Europe Aagje Leven qalet li l-għejbien ta’ dawn it-tfal immigranti seħħ minħabba fost oħrajn kundizzjonijiet ħżiena fiċ-ċentri fejn jintlaqgħu, nuqqas ta’ informazzjoni fuq id-drittijiet tagħhom, u nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn il-fruntieri. Hija stqarret li trid issir ħidma akbar fl-Ewropa biex tkun indirizzata din il-problema.

Aagje Leven qalet “at the moment at European level there are challenges due to elections in May and we do see in the council voices who are divisive and we need advocates for inclusion”.

F’konferenza mtellgħa mill-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà, Dr Maria Pisani qalet li l-għan tal-konferenza hu li jagħtu vuċi lit-tfal immigranti li jivvjaġġaw waħidhom.

Dr Maria Pisani qalet “we hear about migration a lot in the headlines but very little about children travelling on their own and what they face day to day experiences”.

Dr Ruth Farrugia, id-Direttur Ġenerali tal-Fondazzjoni tal-President qalet li wħud mit-tfal immigranti anke jispiċċaw vittma tat-traffikar uman.

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet li hemm bżonn li r-rakkomandazzjonijiet ta’ din il-konferenza jiġu diskussi kemm f’livell Ewropew kif ukoll mal-awtoritajiet Afrikani biex jinstabu soluzzjonijiet għal din il-pjaga. Il-President qalet li hemm bżonn li ssir diskussjoni mal-pajjiżi minn fejn jitilqu dawn it-tfal u minn fejn jgħaddu. Il-President saħqet li l-Unjoni Ewropea għandha tiżviluppa aktar sistemi għall-ħarsien ta’ dawn it-tfal.

Aħbarijiet Oħra
Partit Laburista

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Joseph Muscat qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jitlob inkjesta bil-Maġistrat fuq l-allegazzjonijiet li saru dwaru, li qed jimplikaw li hemm firem foloz tiegħu sabiex ikun…

Kronaka

Mara ta’ 59 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4am fi Triq Santa Katerina, ix-Xewkija. Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta…

Lokali

2 persuni ġew arrestati wara li ntlemħu jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza fil-Gżira. Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-1.55am, il-Pulizija ġiet infurmata li żewġ persuni kienu qed jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza…

Lokali

Stephanie Galea, omm ta’ żewġt itfal miż-Żurrieq hija r-rebbieħa ta’ Mrs Malta 2019. Galea ħadet sehem ilbieraħ filgħaxija fil-konkors Mrs Malta. Fl-ewwel kummenti rringrazzjat lill-familja kollha tagħha li tawha l-appoġġ….

Aktar