Parlament
F’4 snin 70 priġunier ingħataw il-parole

Fi tweġiba parlamentari mill-Ministru għall-Intern, s-Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri lid-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo ntqal li fl-aħħar erba’ snin kien hemm sebgħin priġunier li ngħataw il-parole minn 280 applikazzjoni li saru.

Dan ifisser li ntlaqgħu 25%tat-talbiet għall-parole.

Din is-sena kien hemm 14-il priġunier li ngħataw il-parole minn total ta’ 62 applikazzjoni.