Lokali
Fabbrika ser tittrasforma f’ċentru ta’ eċċellenza biex tibni d-drones għat-trasport

Hands On, kumpanija Maltija li tispeċjalizza f’teknoloġiji ta’ tracking għall-vetturi, ser titrasforma l-fabbrika tagħha fil-Mosta TechnoPark biex tirriċerka dwar trasport alternattiv, inkluż vetturi li jinstaqu waħidhom.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Hands On, Geoffrey Farrugia qal li b’investiment ta’ tliet miljun ewro, il-kumpanija ser tibni helipad biex tibda timmanifattura drones bħala mezz ta’ trasport.

Geoffrey Farrugi qal “aħna li għandna dal-post fejn nistgħu nimirħu u niżviluppaw ħsibna li jkollna helipad biex meta jiġi t-testing u l-iżvilupp fuq drone technology fuq trasport bid-drone aħna jkollna l-ispazju u l-għodod neċessarji biex inkunu nistgħu nittestjaw.”

Is-Sur Farrugia spjega lill-Ministru Chris Cardona u s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri li fl-aħħar tliet snin il-kumpanija kellha tkabbir ta’ 57%.

Is-Sur Farrugia qal li l-kumpanija fost oħrajn ħadmet fuq iċ-ċipep li ser jitwaħħlu mal-basktijiet tal-iskola biex il-ġenituri jkunu mgħarrfin dwar meta wliedhom jitilgħu u jinżlu mill-vetturi tat-trasport tal-iskejjel. Żied jgħid li l-kumpanija topera f’għaxar pajjiżi fosthom fl-Amerka t’Isfel, fl-Italja u l-Ghana.

Il-Ministru Cardona qal li l-Gvern impenjat li jappoġġja kumpaniji innovattivi biex jimirħu fit-teknoloġiji l-ġodda. Dr Cardona qal li dan iwassal għal postijiet ġodda tax-xogħol. Huwa qal li l-viżjoni tal-Gvern hija li jagħmel lil Maltin fost l-aqwa fid-dinja diġitali.

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Fuq id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista feġġ kartellun li jgħid “vot kontra Delia vot kontra t-tesserati”. Dan huwa wieħed minn sensiela ta’ kartelluni li twaħħlu fl-aħħar jiem mal-faċċati tal-każini tal-Partit Nazzjonalista…

Lokali

Malta ħadet isem fit-taħriġ ta’ professjonisti fil-liġi marittima internazzjonali permezz ta’ istitut li jopera mill-Universitaà taħt l-awspiċi tal-Organizazzjoni Marittima Internazzjonali, l-IMO, li hi waħda mill-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Magħquda. Fi tletin…

Lokali

Għandha l-għeruq fl-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u hi mnebbħa mill-valuri Kattoliċi fosthom li tkun ta’ servizz għall-oħrajn. Il-missjoni tagħha hi li ssalva l-ħajjiet tan-nies billi tkun minn tal-ewwel biex…

Aktar