Kurżitajiet
Facebook jaqbad it-triq tan-niżla

Facebook jidher li xi ftit jew wisq qabad it-triq tan-niżla hekk kif in-nies qed iqattgħu anqas ħin fuqu.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Facebook, Mark Zuckerberg qal li naqas l-għadd ta’ sigħat li n-nies qed iqattgħu fuq Facebook. Huwa qal li l-ħin li nies joqogħdu fuq Facebook naqas mal-50 miljun siegħa kuljum. Minkejja dan huwa ħabbar li l-kumpanija għamlet qligħ sostanzjali fl-aħħar 3 xhur tas-sena l-oħra. Dan hekk kif hija għamlet profit ta’ kważi €12.89 biljun.

Waqt li kien qed jikkumenta fuq Facebook, Zuckerberg deher konfindenti tant li qal li tul din is-sena l-kumpannija se taħdem qatigħ biex Facebook jinbidel u ma jibqax sempliċi sit biex tgħaddi ż-żmien iżda jinbidel f’benefiċċji għall-utenti tiegħu.

Madankollu din l-idea swiet lill-Facebook mhux ħażin hekk kif ġie nnotat li wara li tħabbru riformi fi News Feed in-nies qishom warrbu xi ftit jew wisq il-Facebook. Lejn l-aħħar tas-sena l-oħra Facebook għamel xi riformi fosthom li naqsu l-filmati li jidhru. Dan wassal ukoll biex investituri bdew ibigħu l-ishma tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Waqt il-Kafé

WAQT IL-KAFÉ… ma’ Joe Julian Farrugia   Meta konna żgħar, għall-bidu ta’ Novembru, tal-iskola kienu jagħtuna kaxxa tal-kartun kemmxejn ċatta, qisha gabarrè kbir li fiha kien ikollna ħafna pepprin tal-karta…

Barranin

L-iskart ta’ wieħed huwa t-teżor ta’ ieħor. Hekk jiddeskrivi l-karriera tiegħu Artur Brazhe, disinjatur tal-moda favur l-ambjent. Brazhe huwa minn Kursk u ilu jiddisinja ħwejjeġ minn affarijiet riċiklabbli għal dawn…

Kurżitajiet

Ħaddiema ta’ kumpanija Belġjana tal-metall dalgħodu sabu sorpriża wara tmiem il-ġimgħa hekk kif skoprew li kellhom bonus ta’ €30,000 fil-kont bankarju tagħhom. Filwaqt li wħud issuspettaw li l-flus spiċċaw għandhom…

Barranin

Diversi nies ma jirnexxilhomx jew ibatu biex jorqdu. Huma diversi raġunijiet għala wieħed ma jkunx jista’ jorqod fosthom għax wieħed ma jkunx xorob biżżejjed ilma matul il-jum. Skont riċerka li…

Aktar