Kurżitajiet
Facebook jikxef x’tip ta’ persuna int

Dawk in-nies li moħħhom li jżidu ħafna ħbieb fuq Facebook aktarx huma dawk li jiġu deskritti bħala nies materjalisti.

Studju ġdid jgħid li dawk in-nies materjalisti jaraw il-ħbieb fuq Facebook bħala oġġetti diġitali u għalhekk iqattgħu ħafna ħin fuq Facebook iżidu l-ħbieb biex dejjem ikollhom aktar. Filwaqt li dawk li f’ħajjithom ma jagħtux kas li jsorru ħafna affarijiet, ma jagħtux kas kemm għandhom ħbieb fuq Facebook u ma jżidux nies li lanqas biss ikunu jafuhom minn Adam.

L-istudju juri wkoll li l-kilba ta’ dawn in-nies materjalisti twassalhom biex joqogħdu jqabblu l-ammont ta’ kemm għandhom ħbieb ma’ ħaddieħor.

L-awtur tal-istudju Phillip Ozimek jinnota li l-Facebook huwa l-pjattaforma perfetta biex wieħed joqgħod iqabbel ma’ ħaddieħor, hekk kif il-Facebook fih ħafna informazzjoni fuq in-nies. Jgħid li dawk in-nies materjalisti jħobbu li jkollhom ħafna affarijiet b’mod partikolari jekk jiġu b’xejn, ħaġa li l-Facebook joffriha – ħafna informazzjoni mingħajr ħlas.

Ir-riċerkaturi għamlu kwestjonarju onlajn fost 242 utent tal-Facebook. Mir-riċerka tagħhom sabu li hemm rabta kbira bejn il-matejaliżmu u l-attività intensa fuq il-Facebook. Wara dan il-kwestjonarju saret riċerka oħra fost 289 utent tal-Facebook. Minn din ir-riċerka ħareġ l-istess riżultat.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Huma ritratti tal-biża’ li jġibuna wiċċ imb’wiċċ mal-prezz tat-tibdil fil-klima. Dan huwa Polar bear li r-ritratt tiegħu dar id-dinja. F’xifer il-mewt, mejjet bil-ġuħ fuq Baffin Island fil-Kanada. Xjenzati qed jgħidu…

Kurżitajiet

Il-Każin ta’ Sant’Andrija ġewwa Ħal Lija laqat żewġ għasafar b’ġebla waħda. Il-Każin ħareġ bl-idea li filwaqt li jarma siġra tal-Milied, jirriċikla wkoll. Din is-siġra tal-Milied mhux tas-soltu hija magħmula minn…

Kurżitajiet

Raġel Ċiniż ta’ 26 sena miet wara li xxabbat ma’ binja ta’ 62 sular f’Changsha. Wu Yongning kien magħruf sew għas-stunts li kien jagħmel fejn kien jixxabbat u jiddendel ma’…

Aktar