Barranin
Facebook jista’ jhedded id-demokrazija – eks kap tas-servizzi sigrieti

Eks kap tas-servizzi sigrieti Ingliżi qal li Facebook jista’ jkun ta’ theddida għad-demokrazija jekk ma jiġix ikkontrollat u rregolat.

F’intervista mal-BBC, Robert Hanningan, eks kap tal-GCHQ, qal li l-kumpanija ta’ Facebook iktar jinteressaha li tagħmel qligħ mill-informazzjoni personali tal-utenti, milli tipproteġi l-privatezza tagħhom.

Sostna li l-midja soċjali mhix xi karità li tipprovdi servizz b’xejn, iżda negozju internazzjonali li qed jagħmel il-biljuni mir-reklamar. “Talli jagħtuk is-servizz li ssib utli, jeħdulek id-data tiegħek, u jgħasru kull qatra profitt li minnha li jistgħu.”

Mistoqsi jekk Facebook jistax jhedded id-demokrazija, Hanningan wieġeb fl-affermattiv. Qal li dawn il-kumpaniji, speċjalment fejn hemm monopolju, mhuxmiex se jirriformaw lilhom infushom, u hemm bżonn azzjoni esterna.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Bosta jinsabu mħassba b’saħħet il-Kanċillier Ġermaniż, Angela Merkel hekk kif reġgħet intlemħet titriegħed waqt ċerimonja uffiċjali. Il-filmat jaqbad lill-Kanċillier titriegħed mingħajr kontroll minn rasha sa saqajha waqt id-diskors tal-President Frank-Walter Steinmeier….

Barranin

Feuzi Zabaat għad għandu biss 17-il sena iżda fit-Turkija, huwa meqjus eroj hekk kif salva tifla minn ħalq il-mewt. L-Alġerin lemaħ tifla tixxabbat minn residenza u ma ħasibiex darbtejn biex…

Barranin

Oscar Ramirez u bintu ta’ sentejn sabu jistennihom destin li qatt ma basru. Mietu mgħarrqa huma jippruvaw jaqsmu lejn l-Istati Uniti minn El Salvador. Il-kurrenti qawwija tax-xmara Rio Grande mal-fruntiera…

Barranin

Dan hu l-mument fejn it-tarbija tat-twelid li ngħatat l-isem ta’ India nstabet f’basket tal-plastik f’Georgia l-Istati Uniti. Kienet il-bikja rqiqa tagħha li wasslet biex residenti fl-inħawi fejn intrema l-basket joħorġu…

Aktar