Kurżitajiet
Facebook mistenni jilbes libsa ġdida

Facebook se jibdel xi affarijiet fil-feed billi kitbiet minn negozji, ditti u midja se jkunu anqas prominenti. Minflok dan il-kontenut se jingħata aktar importanza lill-ispazju għal taħditiet bejn il-ħbieb u l-familjari.
Fuq il-paġna tiegħu tal-Facebook, il-fundatur tal-Facebook Mark Zuckerberg esprima t-tħassib tiegħu li din id-deċiżjoni tista’ tnaqqas mill-popolarità ta’ wħud mill-organizzazzjonijiet fuq il-Facebook. Spjega li t-tibdiliet se jseħħu tul il-ġimgħat li ġejjin.


Zuckerberg kiteb li mir-rispons li ħadu mill-utenti kien hemm diversi ilmenti li kitbiet min-negozji u midja kienu qed joħonqu l-Facebook u jxekklu lill-utent milli jikkomunika wieħed mal-ieħor. Żied jgħid li hu flimkien mat-tim tiegħu jridu jassiguraw li l-pjattaforma tal-Facebook tkun tajba u ta’ ġid għall-benessri tan-nies.
Irrikonoxxa wkoll li b’dawn il-bidliet jaf li se jonqos il-ħin li n-nies iqattgħu fuq Facebook iżda qal li dawn it-tibdiliet se jwasslu għal aktar kwalità fil-ħin li n-nies iqattgħu jużawh.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-personalità li għandu miljuni ta’ segwaċi fuq is-siti soċjali Nas Daily jidher li se jkun Malta mill-ġdid f’Jannar li ġej. Dan hekk kif qed jippjana li jiffilmja l-1,000 vidjo u…

Waqt il-Kafé

WAQT IL-KAFÉ… ma’ Joe Julian Farrugia   Ħadd ma jaf x’jismu. Kulħadd bħala “l-għaġeb” jafu. Miskin, setgħu sabulu laqam aħjar, imma dal-laqam weħel miegħu u m’hemmx li jitilqu. Kull sena…

Barranin

Il-Ministeru tas-Saħħa fl-Italja qed jappella lit-tobba madwar il-pajjiż biex jiktbu r-riċetti b’mod li jkunu jistgħu jinqraw bla problemi. Dan hekk kif kien ikkalkulat li madwar 4.7% tal-iżbalji mediċi huma t-tort…

Kurżitajiet

Il-Bambin Ġesù fil-maxtura huwa ċ-ċentru tan-Natività iżda tradizzjoni Spanjola donnha qiegħda tisraqlu x-xena hekk kif ħadet l-għeruq fil-Presepju Malti. F’Katalonja, dawk dilettanti tal-presepji żgur mhux forsi ma jarmawhx mingħajr dan…

Aktar