Teknoloġija
Facebook se jgħaddi informazzjoni dwar kliem ta’ mibegħda lill-Qorti Franċiża

Għall-ewwel darba, il-kumpanija tal-Facebook qablet li tagħti informazzjoni ta’ utenti Franċiżi li huma suspettati li jiktbu kliem ta’ mibegħda lill-Qorti meta tkun mitluba.

Sal-lum il-ġurnata, Facebook ikoopera mal-Qrati Franċiżi fuq każijiet relatati ma’ terroriżmu u atti vjolenti billi kien trasferixxa l-IP addresses u informazzjoni oħra ta’ identifikazzjoni ta’ persuni suspettati.

Bħalissa l-Parlament Franċiż qed jiddiskuti wkoll  li jekk kumpaniji tat-teknoloġija ma jneħħux kummenti ta’ mibegħda jkunu jistgħu jiġu mmultati.

Aħbarijiet Oħra
Teknoloġija

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni Melita nediet ċentru ġdid tad-data kif ukoll pjattaforma tal-Internet of things. Permezz ta’ din it-teknoloġija, numru ta’ oġġetti fid-dar jistgħu jiġu mqabbda mal-internet biex jiġu kkontrollati minn fuq…

Barranin

Uħud mill-protestanti li għad fadal imsakkrin f’università f’Honk Kong, pruvaw jaħarbu mill-Pulizija billi jgħaddu mill-pajpijiet tad-drenaġġ. Mijiet ta’ protestanti diġà ħallew l-università, iżda għad fadal min għadu imsakkar ġewwa. Il-kampus…

Barranin

Ors Koala kien salvat min-nirien li ħakmu postijiet varji fi New South Wales, fl-Awstralja. Mara li nzertat għaddejja mill-inħawi tal-foresta li kienet qed taqbad viċin Port Macquarie, rat lill-koala jaqsam it-triq….

Barranin

Fin-Niġerja, investigazzjoni minn task force dwar l-annimali selvaġġi wasslet biex skopriet każ fejn iljun kien qed jintuża biex jagħmel l-għassa ma’ dar privata. L-awtoritajiet Niġerjani qalu li d-dar li kien…

Aktar