Kurżitajiet
Facebook se jibda jfakkrek kemm tkun ilek taħli ħin fuqu

Facebook illum ħabbar għodda ġdida li permezz tagħha wieħed ikun jista’ jżomm rendikont tal-ħin li jqatta’ fuq Facebook u Instagram.

Il-kumpanija qalet li trid li l-ħin li n-nies iqattgħu fuq il-midja soċjali ikun intenzjonat, pożittiv, u ta’ ispirazzjoni. Stqarret li kienet żviluppat din l-għodda fuq il-pariri ta’ esperti għas-saħħa mentali, fost oħrajn.

Din l-għodda, imsejħa activity dashboard, tista’ tiġi użata billi wieħed jattivaha mis-‘settings’ tal-app. Fuq Facebook din tista’ ssibha taħt l-isem ‘Your Time on Facebook’, filwaqt li fuq Instagram se tkun tidher bħala ‘Your Activity’.

Minbarra din l-għodda, wieħed se jkun jista’ jibda jitfi n-notifiki skont iż-żmien li jixtieq. Facebook qalet li dawn l-għodod se jkunu disponibbli dalwaqt.

Ara hawn l-istruzzjonijiet ta’ kif tista’ tattiva din l-għodda fuq Facebook u Instagram.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

L-eks goaler tar-Real Madrid, Iker Casillas kien mingħalih ser jiekol ikla għall-kwiet f’ristorant f’Porto meta f’daqqa u l-ħin gawwi bil-ġuħ ħassarlu l-gost kollu. F’ritratt li l-goaler tella’ fuq il-profil tiegħu…

Kurżitajiet

Tivjaġġa kemm tivjaġġa, ħafna drabi pajjiż jimpressjonak mhux bil-postijiet storiċi, it-tradizzjonijiet u l-kultura, iżda wkoll bl-ikel li tiekol fit-tali pajjiż. Imma liema huwa l-itjeb platt?  Fejn tista’ ssibu?  Skont is-CNN,…

Kurżitajiet

Pippa Middleton u James Matthews saru ġenituri ta’ tifel.  It-tarbija twieldet jumejn ilu fl-Isptar St Mary’s f’Londra, fl-istess post fejn welldet lil uliedha oħtha l-Prinċipessa Kate. Pippa daħlet l-isptar nhar…

Aktar