Teknoloġija
Facebook u Instagram mhuma jaħdmu imkien fid-dinja

Is-siti soċjali Facebook u Instagram imkien mhuma jaħdmu bħalissa.  Bosta jinsabu rrabbjati li ma jistgħux jużaw dawn iż-żewġ siti soċjali u qed ikollhom jirrikorru għat-Twitter minflok.

Iż-żewġ siti qed juru messaġġi li bħalissa għandhom xi ħsara, b’mod partikolari meta tipprova tikteb jew tixxerja xi ħaġa.  Infatti, fuq l-iscreen qed jidher dan il-messaġġ: “Oops… Something went wrong. We’re working on getting it fixed as soon as we can.”

Mhux ċar għaliex qed tiżviluppa din il-problema u kemm se nibqgħu ma nistgħux nużaw il-Facebook u l-Instagram.  Uħud qed jissuspettaw li l-kawża tista’ tkun ta’ hacking.

Facebook bħalissa għandha 2 biljun persuna li jużawh kull xahar madwar id-dinja kollha.  Il-kumpanija ta’ Mark Zuckerberg hija l-propjetarja ta’ Instagram, li wkoll għandha 2 biljuni jużawha fix-xahar.

Għalkemm WhatsApp hija kumpanija oħra li taqa’ taħt l-istess sidien, madanakollu ma jidhirx li qed ikun hemm xi problemi biex tintuża u għadha qed taħdem.

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li xejn mhu se jwaqqfu milli jkompli jiġġieled il-korruzzjoni u jikxef kif l-istituzzjonijiet jinsabu maħkuma mill-Gvern. Dr Delia qal li min għandu l-verità miegħu…

Lokali

6 kantanti Maltin minn La Voix Studios kisbu unuri kbar meta ġew fl-ewwel post f’diversi kompetizzjonijiet fil-Polonja. Ilbieraħ Beppe Camenzuli Kerr, Valentina Muscat Vassallo, Giuseppe Saliba, Rihanna Caruana, Elamay Mifsud…

Partit Laburista

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Joseph Muscat qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jitlob inkjesta bil-Maġistrat fuq l-allegazzjonijiet li saru dwaru, li qed jimplikaw li hemm firem foloz tiegħu sabiex ikun…

Kronaka

Mara ta’ 59 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4am fi Triq Santa Katerina, ix-Xewkija. Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta…

Aktar