Lokali
Faċilità fil-miftuħ għall-eżerċizzju fiżiku fl-Imqabba

Ir-residenti tal-Imqabba għandhom faċilità għall-eżerċizzju fiżiku fil-miftuħ li saret f’parti minn Ġnien it-Tfal tar-raħal.

L-inizjattiva hi ta’ Sport Malta u tinkludi tliet magni tal-gym. Bħala parti mix-xogħol sar tisbiħ madwar il-ġnien kollu.

Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja, Julia Farrugia Portelli qalet li kull investiemnt f’saħħet il-poplu jiswa mitqlu deheb u l-Gvern mhux se jżomm lura milli jagħmel dan.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport, Clifton Grima saħaq fuq il-ħtieġa li l-familji jsibu aktar bilanċ fil-ħajja u ħin dedikat għall-eżerċizzju fiżiku.

Sport Malta qalet li b’faċilitajiet bħal dawn qed twettaq il-missjoni tagħha li taħdem id f’id mal-Kunsilli Lokali biex tgħin lill-pubbliku jsib spazji miftuħa biex jitħarreġ qrib id-dar.