Barranin
F’Alabama: Dawk li jistupraw lit-tfal se ssirilhom kastrazzjoni kimika

Permezz ta’ liġi ġdida li għaddiet fl-istat Amerikan ta’ Alabama, persuni li jinstabu ħatja ta’ abbuż sesswali fuq tfal taħt 13-il sena se tibda ssirilhom kastrazzjoni kimika.

It-trattament tal-kastrazzjoni jibda xahar qabel ma jinħarġu mill-ħabs bil-parole, u jsir bi spejjeż tagħhom. Dan it-trattament jikkonsisti f’injezzjonijiet jew pirmli li jneħħu l-aptit sesswali u jagħmluha impossibbli li jitwettaq l-att sesswali.

It-trattament jista’ jitwaqqaf biss meta l-Qorti tevalwa lill-ħati u tiddeċiedi li m’għadx hemm bżonnu. Jekk wieħed iwaqqaf it-trattament minn rajh jitqies li kiser il-kundizzjonijiet tal-parole u jerġa’ jintbagħat il-ħabs.

Meta t-trattament jitwaqqaf, il-persuna tista’ terġa’ tiġi lura għan-normal.

Il-kastrazzjoni kimika sfurzata hija prattika kontroversjali, fejn uħud jemmnu li tikser id-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Magician fl-Indja niżel marbut b’katina fi xmara biex jagħmel bħal Houdini, iżda sfortunatament ma reġax tfaċċa, u huwa maħsub li miet. Chanchal Lahiri, magħruf bħala Mandrake, niżel fix-xmara Hooghly, fl-istat…

Barranin

Xufier ta’ trakk fl-Italja sab ruħu fil-ħin u l-post opportun biex isalva żagħżugħ li kien qed jipprova jneħħi ħajtu. Il-każ seħħ f’Milan, meta ġuvni ta’ 19-il sena tela’ fuq pont…

Barranin

Il-Pulizija qed ifittxu l-moħħ wara l-isparaturi li seħħew ilbieraħ filgħaxija f’Philadelphia li ħallew student maqtul u 7 oħra midruba. L-isparaturi seħħew f’festin tal-gradwazzjoni fejn kien hemm madwar 60 persuna bil-pulizija…

Barranin

Student u attivist magħruf minn Hong Kong, Joshua Wong, sejjaħ għar-riżenja tal-mexxejja Carrie Lam, wara li nħeles mill-ħabs. L-istudent huwa sinonimu mal-protesti li seħħew f’Hong Kong lura fl-2014 liema dimostrazzjonijiet…

Aktar