Barranin
F’Alabama ma jistax isir l-abort

F’Alabama għaddiet liġi li permezz tagħha ma jistax isir iktar l-abort.  Din il-liġi qed titqies bħala l-iktar waħda stretta fl-Istati Uniti.

Is-Senat tal-Istat approva din il-liġi b’25 vot favur u 6 kontra.  Il-liġi li rrifjutat eċċezzjonijiet għall-każi ta’ stupru jew inċest, issa se tgħaddi għand il-Gvernatur Repubblikana Kay Ivey li ma qalitx jekk hix se tiffirmaha jew le.

L-attivisti qed jittamaw li l-liġi se tbiddel deċiżjoni tal-Qorti Suprema tal-1973 li kienet tillegalizza l-abort fl-Istati Uniti.  Il-liġi għaddiet ukoll iktar kmieni dan ix-xahar mill-Kamra tar-Rappreżentanti ta’ Alabama b’74 vot favur u 3 kontra.

L-abort se jkun qed jitħalla jsir f’ċerti ċirkustanzi biss f’każ li tkun trid tiġi salvagwardjata s-saħħa tal-omm.

L-Organizzazzjoni Nazzjonali tan-Nisa qalet li din il-projbizzjoni tmur kontra l-kostituzzjoni u hija mossa biex tivvantaġġja lill-kandidati għall-elezzjonijiet li jmiss li huma kontra l-abort.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

F’Richmond l-Istati Uniti, mara ħalliet fit-testment tagħha li meta tmut il-kelba tagħha trid tindifen magħha. Il-każ tal-kelba Shih Tzu Emma qajjem polemika kbira tant li l-għaqdiet favur il-ħarsien tal-annimali ppruvaw…

Barranin

Il-Prim Ministru Indjan Narendra Modi għamel rebħa impressjonanti fl-elezzjoni ġenerali fl-Indja b’iktar minn 340 siġġu mirbuħ f’Parlament ta’ 543 siġġu. Il-Partit tal-Kungress immexxi minn Rahul Ghandi kiseb biss 87 siġġu….

Barranin

Fl-Italja, sindki ta’ bliet fantażma ħarġu bil-kunċett li jħajru barranin jixtru propjetà biex jerġgħu jagħtu l-ħajja lil-lokalità. Fi Franza, is-Sindku ta’ Montereau Jean Debouzy deċċieda li minħabba l-kriżi ta’ nuqqas…

Lifestyle

Is-sit Nameberry ħareġ l-aktar ismijiet popolari fl-Amerika fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena. Skont dan is-sit l-aktar isem popolari għall-bniet fl-Amerika huwa Posie. It-tieni l-aktar isem popolari għall-bniet huwa Isla….

Aktar