Kronaka
Familji evakwati minn darhom fuq suspett ta’ bomba f’Birkirkara

Suspett ta’ bomba wassal biex għadd ta’ familji fi Triq F. Geneste f’Birkirkara llejla ġew evakwati minn darhom.

Jidher li xi persuni għokrihom għajnhom minn bagalja li tħalliet fuq bankina, u għalhekk infurmaw lill-awtoritajiet.

Fuq il-post marru l-Pulizija u membri tal-Bomb Disposal Unit mill-Armata, li kkonfermaw li ma kien hemm l-ebda bomba fil-bagalja.