Lokali
F’April se jiftaħ l-istaġun għall-kaċċa tar-rebbiegħa

Il-Gvern se japplika deroga u jiftaħ l-istaġun għall-kaċċa għas-summiena fir-rebbiegħa, iżda għal darb’oħra ma tistax issir kaċċa għall-gamiema kif xtaqet il-Federazzjoni Kaccaturi Nassaba Konservazzjonisti.

Il-Gvern qal li wara li evalwa r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat ORNIS, se jinfetaħ l-istaġun għall-kaċċa tas-summiena bejn l-10 u t-30 ta’ April. Il-kaċċaturi jistgħu jaqbdu sa 5,000 summiena bejniethom, iżda mhux se jkun hemm il-kwota individwali tal-ġurnata u l-kwota individwali tal-istaġun.

L-ORNIS ma laqax it-talba tal-FKNK sabiex jinfetaħ ukoll l-istaġun għall-kaċċa tal-gamiem. Il-kaċċa għall-gamiema twaqqfet fl-aħħar sentejn minħabba li fl-Ewropa naqset il-popolazzjoni ta’ din it-tajra u ġiet ikklassifikata li qiegħda fi stat ta’ konservazzjoni vulnerabbli.

L-FKNK qalet li r-rappreżentant tagħha biss fil-kumitat Ornis ivvuta favur il-kaċċa tal-gamiema, bir-rappreżentanti tal-BirdLife u tal-ERA ivvutaw kontra, waqt li t-tliet membri nominati mill-Gvern u ċ-Ċermen jastjenew. Żiedet tgħid li fuq talba tagħha, l-ORNIS irrakkomanda lill-Gvern sabiex jibda diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea sabiex tinstab soluzzjoni sostenibbli għad-deroga tal-kaċċa tal-gamiema fir-rebbiegħa.

Il-Birdlife li kienet uriet tħassib li fi klima elettorati, il-Gvern jista’ jbaxxi rasu għat-talba tal-FKNK, uriet sodisfazzjon li l-kumitat ORNIS fehem l-importanza li jipproteġi lill-gamiema. Uriet tħassib iżda bl-istaġun tal-kaċċa sat-30 ta’ April, se jkunu jistgħu jiġu kkaċċjati għasafar protetti li jpassu f’daż-żmien.

Aħbarijiet Oħra
Għawdex

Erba’ rġiel ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li tressqu l-Qorti wara li kellhom argument bejniethom. L-erba’ rġiel,wieħed minn l-Għarb Għawdex u l-oħrajn minn Għajnsielem Għawdex, li l-età tagħhom tvarja bejn 27…

Lokali

Fin-Naxxar beda xogħol fuq kumpless li ser ikollu diversi faċilitajiet maħsuba għal persuni b’diżabiltà u l-familji tagħhom. Il-proġett li mistenni jitlesta fi żmien erba’ snin qed isir b’investiment ta’ aktar…

Lokali

Il-Kabinett fil-laqgħa tal-lum qabel li jestendi l-iskema biex jissewwew inġustizzji ma’ ħaddiema li saru fil-passat. Fi stqarrija tal-Gvern intqal li l-Ministeri tal-Finanzi u tal-Familja ser iħaddmu l-iskema li tagħti kumpens…

Aktar