Barranin
Farage jgħid li forsi għandu jsir referendum ieħor dwar Brexit

Nigel Farage, il-politiku ewlieni li mexxa l-kampanja għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, qal li forsi għandu jsir referendum ieħor dwar din il-kwistjoni.

Farage kien qed jitkellem fuq l-istazzjon Ingliż Channel 5 waqt il-programm The Wright Stuff. Huwa qal li qed jibdel fehmtu, u li forsi għandu jsir referendum ieħor dwar Brexit.

Qal li jinsab konvint li bit-tieni referendum, dawk li jivvutaw favur Brexit jiżdiedu. Għalhekk, fil-fehma tiegħu, dan ikun jista’ “jwaqqf il-qrid” u joqtol id-diskussjoni dwar jekk il-poplu Ingliż għadux konvint li jrid joħroġ mill-UE.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-maġġoranza tal-vittmi li qatel u darab Alek Minassian, ir-raġel li saq għal fuq in-nies it-Tnejn li għadda f’Toronto, kienu nisa. Jidher li Alek Minassian kien jifforma parti minn grupp imsejjaħ…

Barranin

Is-servizz popolari tal-messaging WhatsApp se jipprojbixxi dawk taħt is-16-il sena milli jużaw il-pjattaforma. L-utenti għandhom ikollhom minn tal-anqas 13-il sena iżda l-kumpanija se tbiddel ir-regoli qabel l-introduzzjoni tar-regolamenti l-ġodda tal-UE…

Barranin

Raġel ta’ 53 sena jinsab f’qagħda kritika wara li kien attakkat qrib Anfield qabel is-semifinali taċ-Champions League bejn Liverpool u Roma. Żewġt irġiel Rumani li għandhom 25 u 26 sena…

Barranin

Il-President Amerikan Donald Trump u l-President Franċiż Emmanuel Macron qablu li possibilment jista’ jkun hemm ftehim aġġornat dwar il-programm nukleari tal-Iran. Wara taħditiet fl-Istati Uniti fejn Macron għamel żjara ta’…

Aktar