Saħħa
Farmakoloġija bbażata f’Malta u riċerkatur Taljan jirriċerkaw flimkien it-terapija tal-kanċer

Kollaborazzjoni bejn kumpanija fil-qasam tal-farmakoloġija li tinsab ibbażata f’Malta u riċerkatur Taljan qed twassal għal iżjed riċerka fit-terapija għall-kanċer. Din ir-riċerka hi ibbażata fuq sustanti meħuda minn pjanti mediterranji.

Il-Professur Antonio Giordano hu magħruf internazzjonalment għar-riċerka tiegħu fil-kanċer. Fl-1993 skopra żewġ mediċini li jintużaw fit-terapija għall-kanċer tas-sider, tal-pulmun u tal-musrana. Fl-aħħar snin il-Professur Giordano kompla għaddej b’iżjed riċerka li titfa’ l-attenzjoni fuq l-estratti naturali tal-pjanti. Jemmen li dak li toffri n-natura jista’ jgħin biex ikun miġġieled mard serju bħall-kanċer.

Professur Antonio Giordano qal “so now we are focusing a lot on how we can associate additional therapy to the classical pharmacological therapy and its becoming more and more evident how the natural extracts from plants and whatever the nature offers to the world basically, to the world of health and how we can use this type of product to try to defeat some of the dreadful diseases where chemotherapy or other pharmacological treatment are unable to do.”

Il-Professur Giordano jinsab Malta fejn qed jagħmel kollaborazzjoni ma’ kumpanija tal-farmakoloġija, ICP Ltd, li tispeċjalizza fir-riċerka tal-pjanti u kif din tista’ tgħin lill-bniedem. Id-Direttur Xjentifiku ta’ ICP, Dr Manuele Biazzo, li kien student tal-Professur Giordano, qal li fl-aħħar snin il-kumpanija qed tispeċjalizza fuq kif l-estratti naturali tal-pjanti jistgħu jgħinnu f’mard tal-moħħ u l-kanċer.

Dr Manuele Biazzo qal “so when in the human body some metabolism will be damaged, through the aging or through the evolutionary process, it is possible to use molecules obtained from plants to reactivate these metabolisms. This is in particular valid for neurodegeneration and cancer developments. So those are at the moments the two main areas where we are researching and in particular we are focusing on the viral infection and the development of cancer, so the potential of the virus to deal with the cancer.”

Dr Biazzo qal li l-idea li ssir il-kollaborazzjoni bejn ICP u l-Professur Giordano nibtet minħabba li b’hekk il-kumpanija tkompli żżid fir-riċerka anke ma’ kliniċi Taljani biex tiżdied it-terapija għal numru ta’ mard.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-għada li l-Awtorità tal-Ippjanar wettqet azzjoni ta’ infurzar fuq fl-istallel fil-Marsa fejn kienu qed joqogħdu għexieren ta’ immigranti, is-sidien tagħhom jidher li żbarazzaw l-istallel. Sadanittant, TVM huwa infurmat li 37…

Lokali

Il-Mużew tal-Katidral fl-Imdina ngħata dimensjoni ġdida għax mhux ser jibqa’ biss post fejn ikunu esebiti artifatti prezzjużi iżda ser joffri opportunità ta’ tagħlim u post fejn artisti privati jesebixxu l-arti…

Ikel

Fl-Awstralja, l-ekoloġisti qed iwissu li n-numru ta’ kangaroos fis-selvaġġ m’għadux sostenibbli u qed iħeġġu lill-Awstraljani biex jieklu aktar laħam ta’ dan l-annimal li hu simbolu nazzjonali ta’ dan il-pajjiż imbiegħed….

Kultura

Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol ta’ restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt fejn qed isir restawr fuq is-soqfa tal-kurituri u li huma mogħnija bil-pitturi. Ix-xogħlijiet ta’ restawr ser jiffukaw ukoll fuq l-art…

Aktar