Barranin
F’Bangladesh: Mara stuprata wara li vvutat għall-oppożizzjoni

Omm ta’ 35 sena qed tallega li ġiet stuprata wara li vvutat għall-oppożizzjoni fl-elezzjoni ġenerali ta’ Bangladesh.

7 irġiel li jiffurmaw parti mill-lega Awami qed jinżammu taħt arrest b’rabta mal-allegat stupru.

L-irġiel qed jiċħdu l-akkużi kollha bil-kap tal-lega spiċċa mkeċċi mill-partit.

Il-mara u żewġha rrakkuntaw kif kienu miġburin f’darhom meta f’daqqa u l-ħin daħlu grupp ta’ rġiel li rabtu lilu u lill-4 wliedhom sakemm stupraw lill-mara.

Il-mara ttieħdet l-isptar għall-kura wara l-abbuż bl-għajnuna tal-ġirien. Hija qalet li ġiet mhedda qabel daħlet tivvota li jekk twebbes rasha u tagħti l-vot lill-oppożizzjoni, kienet se taffaċċa konsegwenzi koroh .

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ta’ kull filgħodu Vinod Kapri, Indjan li jaħdem fix-xena tal-films minn New Delhi jiċċekkja Twitter. Biss ftit kien jaf li dik it-tfittxija fuq Twitter mhix tas-soltu u se tibdillu ħajtu….

Barranin

F’Toronto l-Kanada, erba’ persuni indarbu fi sparar li seħħ waqt ċelebrazzjoni għar-rebħa tat-tim tal-Basketball Toronto Raptors. L-attakk seħħ matul il-jum, waqt li eluf ta’ nies entużjasti għal dan it-tim tal-basketball…

Barranin

L-ex president Eġizzjan Mohammed Morsi miet fil-Qorti waqt li kienet qed tinstema x-xhieda kontrih. Morsi ħassu ħażin u miet fl-awla. Morsi, li kellu 67 sena, kien qed jattendi smigħ tas-seduta…

Barranin

Dokument ippubblikat illum mill-Vatikan ħabbar l-intenzjoni li s-sinodu jiddiskuti l-possibiltà li rġiel miżżewġa f’partijiet mill-Amerka Latina jitħallew jidħlu għas-saċerdozju. Il-materja se tittella’ quddiem is-sinodu, li se jitlaqqa’ f’Ottubru li ġej,…

Aktar