Barranin
F’Barċellona 5,000 persuna jattendu kunċert wara li għamlu test għall-COVID-19 dakinhar stess

F’Barċelona, 5,000 ruħ attendew kunċert wara li ħarġu negattivi għall-COVID-19 wara test li għamlu fl-istess ġurnata.

Il-kunċert sar fl-arena Palau Sant Jordi bil-band Love of Lesbian daqqew għan-nies miġbura.

Dan kollu sar wara li ngħataw permess speċjali mill-awtoritajiet tas-saħħa li qed jagħmlu prova biex jaraw jekk ir-rapid testing hux effettiv milli jipprevjeni l-firxa tal-virus.

Il-kunċert kien xena li ilna ma naraw, b’ħafna nies miġbura flimkien jiżfnu. Minkejja dan in-nies kienu lebsin il-maskra li turi li n-normalità  għadha ma waslitx.

Jidher li l-kunċert dam ftit biex beda minħabba kontrolli fil-bibien mill-awtoritajiet tas-saħħa.