X

F’Barċellona: Juru l-appoġġ kontinwu tagħhom għall-indipendenza

Mal-miljun persuna niżlu fit-toroq ta’ Barċellona għall-Jum Nazzjonali ta’ Katalunja u biex juru l-appoġġ kontinwu tagħhom għall-indipendenza ta’ dan ir-reġjun Spanjol. Iċ-ċelebrazzjoni din is-sena kienet l-ewwel waħda mir-referendum għall-indipendenza fl-ewwel ta’ Ottubru tas-sena li għaddiet.

Il-president reġjonali Katalan Quim Torra u l-predeċessur tiegħu Carles Puigdemont ħeġġew lill-folla ta’ nies lebsin flokijiet ħomor – biex jipprotestaw. Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Spanjol, li hu Katalan, qal li l-Katalani għandhom jiċċelebraw il-jum nazzjonali tagħhom u mhux biss isejħu għall-indipendenza li qal iriduha inqas min-nofs il-popolazzjoni.

rg :