Lokali
F’Birkirkara: Waddbulha l-qattusa għal isfel għax qabżet għal għandhom

Mara b’qalbha maqsuma qasmet l-istorja tagħha ma’ TVM fejn qaltlilna li dalogħdu sabet il-qattusa tagħha bla-ħajja.

Il-mara, li tgħix f’penthouse, qalet li l-qattusa tagħha Peggy Sue, sabitha bla ħajja quddiem il-garage imxarrba għasra, bi ksur f’saqajha fost ġrieħi oħra.

Hija qed tallega li l-qattusa tagħha qabżet għand ta’ maġenbha li qabdu u waddbuha għal isfel.

Il-mara rrappurtat il-każ ta’ moħqrija lill-Pulizija iżda mingħajr evidenza ftit li xejn jistgħu jgħinuha.

Peggy Sue kellha madwar 9 snin u kienet ġiet addottatha mis-santwarju Tomasina.

Il-mara mbikkma appellat biex nuru aktar ħniena mal-annimali li ma jaħtu xejn.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Ir-restawr fuq l-ikbar esebit fil-Mużew Marittimu lest. Il-Pulena, li għamlet żmienha fuq il-pruwa tal-HMS Hibernia, reġgħet lura għall-glorja tagħha. Għalissa fis-skiet għaliex il-pandemija għalqet il-bibien tal-mużewijiet, imma la jerġgħu jiftħu…

Stejjer Umani

Sentejn ilu waqa’ għall-vizzju tad-droga għax tilef lill-ommu u sofra minn sfidi mentali, iżda issa ddeċieda li jidħol għall-programm tal-Caritas biex ikun jista’ jerġa’ jgħannaq lil familtu u jgħin persuni…

Lokali

Tabiba Maltija ngħata kariga importanti fi ħdan l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Dr Natasha Azzopardi Muscat inħatret bħala Direttur li fost affarijiet oħra se tieħu ħsieb is-servizzi tas-saħħa fl-Ewropa fosthom biex jiżdied…

Aktar